Left arrow Go Back

20 Student Barrani jiggradwaw mill-Iskola Internazzjonali ta' Verdala

pr1157
Date Icon 13/06/1997

Ghoxrin student minn diversi pajjizi tad-dinja kellhom il-gradwazzjoni taghhom mill-Iskola Internazzjonali ta' Verdala f'cerimonja li ghaliha attenda l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant. Din kienet l-ghoxrin cerimonja ta' gradwazzjoni ta' din l-Iskola Internazzjonali kemm ilha mwaqqfa hawn Malta. Dawn l-istudenti jistudjaw bis-sistema li troddilhom il-Baccalaureate, li permezz tieghu jkunu jistghu jkomplu l-istudji terzjarji taghhom f'Universitajiet barranin. L-istudenti gejjin mill-Istati Uniti, mill-Kroazja, mir-Repubblika Ceka, mill-Ingilterra, mill-Germanja, mill-Italja, mill-Macedonja, mir-Russja, mit-Turkija, mill-Bosnja, min-Nigaragwa, minn Malta u minn Georgia.

Is-Sur J. Douglas Wolf, il-Kap ta' l-Iskola radd hajr lill-Prim Ministru Sant tal-gieh li ghamlilhom bil-prezenza tieghu ghal jum il-gradwazzjoni. Il-Kap ta' l-Iskola Internazzjonali ta' Verdala semma' l-karriera akkademika brillanti ta' Dr. Sant u xtaq li tiswa bhala ezempju ghall-istudenti ta' l-Iskola tieghu. Is-Sur Douglas Wolf fahhar il-kisbiet kbar li Dr. Sant ghamel fl-istudji fl-Universitajiet ta' Malta, ta' Parigi, ta' Boston u ta' Harvard.

Il-Prim Ministru Sant qal li l-mudell edukattiv Amerikan ta' l-Iskola Internazzjonali ta' Verdala mhuwiex irrelevanti ghall-qaghda Maltija. Dr. Sant fahhar l-istrategija ta' awto-tmexxija li timxi fuqha din l-iskola. Il-Prim Ministru ta hjiel li jrid li s-sistema edukattiva Maltija tmexxi aktar is-sistema ta' awto-tmexxija (self-management). Dr. Sant qal li ghad li din l-iskola tlahhaq ma' komunita' internazzjonali ta' studenti hija mibnija fuq mudell Amerikan - kif jixhed isimha - b'hekk thaddem l-ghodod manigerjali li l-Gvern Malti jixtieq sewwasew ilaqqam l-iskejjel Maltin bihom.

Wara li l-istudenti barranin inghataw ic-certifikati tal-gradwazzjoni, il-Prim Ministru Sant ferhilhom tas-successi li kisbu f'Malta u kompla jitkellem maghhom personalment dwar il-pjani taghhom ghall-gejjieni f'pajjizhom. Il-gradwati kisbu dhul f'bosta Universitajiet rinomati fosthom l-Universita' ta' Boston, l-Universita' ta' New Hampshire, il-Kullegg Amerikan ta' Londra,fl-Universita' Franklin ta' l-Isvizzera u l-Universita' ta' Sarajevo.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow