Left arrow Mur Lura

Laqghat ta' Informazzjoni ghan-Negozjanti dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni

pr1154
Date Icon 13/06/1997

Minn nhar il-Hadd li gej il-Gvern se jibda sensiela ta' laqghat fejn ufficcjali mid-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa se jkunu qeghdin izuru diversi centri f'Malta u f'Ghawdex biex jispjegaw is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni li se tiehu post it-taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju li gej.

Nhar il-Hadd se jsiru zewg laqghat ta' din ix-xorta fl-Iskejjel Primarji tal-Furjana u ta' Hal Qormi mahsuba primarjament ghan-negozjanti z-zghar tal-Belt u l-Furjana u ghan-negozjanti z-zghar ta' Hal Qormi, Haz Zebbug, is-Siggiewi u Hal Luqa rispettivament. Il-laqghat jibdew fid-disgha ta' filghodu u jibqghu sejrin sa nofsinhar.

Dawn il-laqghat ta' informazzjoni se jikkoncentraw fuq l-aspetti teknici u legali tas-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni. It-tahditiet se jinkludu taghrif fuq ir-registrazzjoni taht il-Ligi; il-mili tad-Denunzja (Return); Il-hlas ta' taxxa dovuta; x'kotba u records ghandhom jinzammu skond il-Ligi; u x'refunds huma intitolati ghalihom certu operaturi ta' negozju.

In-negozjanti z-zghar li jghixu fil-lokalitajiet imsemmija qeghdin jigu mistiedna jattendu ghal dawn il-laqghat li fihom ikunu jistghu jaghmlu l-mistoqsijiet biex jigu iccarati xi diffikultajiet li jista' jkollhom.

Ma' din l-istqarrija qed titqassam ukoll kopja tal-programm ta' laqghat dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni.


IS-SISTEMA GDIDA TA' TASSAZZJONI
PROGRAMM TA' TAHDITIET FUQ PROCEDURA AMMINISTRATTIVA
GHAL OPERATURI TA' NEGOZJU
MINN
UFFICJALI MID-DIPARTIMENT TAT-TAXXA, DWANA U SISA


15 ta' GunjuFlorianaPrimary SchoolTriq San Tumas
15 ta' GunjuQormiPrimary SchoolTriq Manwel Dimech
22 ta' GunjuMostaGirls' Secondary SchoolTriq Wied il-Ghasel
22 ta' GunjuVittoriosaPrimary SchoolTriq San Dwardu
29 ta' GunjuRabat (Gozo)Boys' Junior LyceumTriq Fortunato Mizzi
29 ta' GunjuPaolaBoys' Secondary SchoolTriq Guze' d'Amato
6 ta' LuljuBirkirkaraGirls' Secondary SchoolTriq Paris
6 ta' LuljuZabbarPrimary SchoolTriq Tumas Dingli
13 ta' LuljuRabat (Malta)Sala ParrokjaliHdejn il-Knisja ta' San Pawl
13 ta' LuljuZejtunGirls' Junior LyceumTriq Luqa Briffa
20 ta' LuljuZurrieqBoys' Secondary SchoolTriq Santa Katerina
20 ta' LuljuSan Pawl il-BaharBoys' Primary SchoolTriq San Guzepp
27 ta' LuljuHamrunJunior LyceumTriq Wenzu Mallia
27 ta' LuljuSliemaPrimary SchoolTriq Blanche Huber

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow