Left arrow Go Back

Skema gdida mil-Lohombus Bank Limited ghat-tfaddil biex tixtri darek

pr1150
Date Icon 12/06/1997

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, wera s-sodisfazzjon tieghu ghall-iskema gdida li qieghed jintroduci l-Lohombus Bank Ltd. ghal dawk li jridu jibdew ifaddlu mal-bank bil-ghan li 'l quddiem isibu l-flus biex jixtru jew jibnu darhom. Il-Ministru qal li fil-pajjiz ghandha tidhol il-kultura tat-tfaddil minn kmieni ghall-akkwist tar-residenza. Din ghandha tkun il-kultura gdida fost ic-cittadini Maltin u Ghawdxin l-aktar iz-zghazagh.

Il-Ministru qal dan dal-ghodu waqt laqgha ohra li kellu dwar din l-iskema ma' ufficjali tal-Lohombus Bank. Din l-iskema fiha, fost vantaggi ohra, rata ta' imghax ta' 4.5 fil-mija flok it-3 fil-mija li hemm fil-prezent fuq depositi "savings". Dan qieghed isir biex jinkoraggixxi liz-zghazagh ifaddlu minn kmieni biex ikollhom darhom.

"Din il-Kultura gdida ta' tfaddil tghin biex ittaffi l-problema akuta ta' housing, billi min jiflah jibni hu jew jixtri hu ghandu jaghmel hekk hu. Talli jghinu ruhhom isibu din l-iskema gdida tghinhom", qal il-Ministru.

Huwa kompla jghid li huwa tajjeb illi z-zghazagh jaghtu prijorita' biex ikollhom darhom qabel affarijiet ohra li m'humiex ta' prijorita'.

Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ghal-Lohombus Bank, is-Sur Philip Farrugia, General Manager Operations u s-Sur John Gauci, General Manager. Flimkien mal-Ministru kien hemm is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti, Dr.Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru u s-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow