Left arrow Mur Lura

Il-Bank of Valletta jipprezenta cheque b'risq il-Kampanja Donaturi ta' Organi

pr1146
Date Icon 12/06/1997

Ic-Chairman tal-Bank of Valletta Ltd. Dr. John C. Grech ipprezenta cheque ta' Lm1,000 lit-Tabib Michael Farrugia, Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja sabiex jintuzaw ghall-kampanja Donaturi tal-Organi wara l-mewt tal-persuni.

Il-Ministru Michael Farrugia qal li dan kien bank iehor ewlieni f'Malta ta' din id-donazzjoni sabiex jinfethu l-fondi ghall-kampanja mill-gdid sabiex cittadini Maltin u Ghawdxin wara mewthom ikunu jistghu jghinu lil haddiehor u jaghtu hajja mill-gdid lil persuni ohra fil-bzonn.

Din il-kampanja se ssir b'kollaborazzjoni mal-Lions Club (Sliema), mat-Taqsima tal-Kura Intensiva tal-isptar San Luqa, kif ukoll mal-Media Centre, li lesti jaghmlu programmi u reklami.

Din is-sena, fl-istand tal-Ministeru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja se jkun hemm parti ghal uzu ta' din il-Kampanja. Cittadini Maltin u Ghawdxin se jkunu jistghu jimlew il-formola fuq il-post u jinghataw id-Donor Card dak il-hin stess.

Il-Ministru Michael Farrugia heggeg sabiex bl-ghajnuna ta' kumpaniji ohra li jixtiequ jghinu, din il-kampanja ghall-ghoti ta' organi tibqa' ghaddejja u tibqa sistematika sabiex ikollna aktar cittadini li jgawdu hajja gdida.

Il-Ministru Farrugia irringrazzja lic-Chairman tal-Bank of Valletta ghall-ghotja taghhom, kif ukoll lill-isponsors l-ohra, u rringrazzja specjalment lit-team mediku u paramediku ta' l-isptar San Luqa, li f'certi kazi ikunu huma li jiffaccjaw lill-familjari b'sitwazzjoni delikata, fejn jintalbu l-organi ta' persuna li tkun se titlef hajjitha. Sahansitra dan it-team gieli jidhol fil-hin barrani sabiex isiru t-testijiet u l-operazzjonijiet necessarji.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow