Il-Ministru Alfred Portelli jiltaqa' mal-Kumitat dwar il-Housing ghal Ghawdex
Il-Ministru ghad-Djar is-Sur Alfred Portelli dal-ghodu attenda laqgha tal-Kumitat Ko-Ordinattiv ghal Housing f'Ghawdex, li kien inhatar fuq inizjattiva tieghu. F'diskors li ghamel lill-Kumitat, l-Ministru sahaq fuq il-htiega li l-applikazzjonijiet ghal akkomodazzjoni alternattiva f'Ghawdex jigu trattati u eventwalment solvuti fl-iqsar zmien possibbli.
Huwa qal li bhalissa hemm 64 applikant minn Ghawdex ghal akkomodazzjoni alternattiva u qal li l-Ministeru qieghed jahdem bla heda biex dan l-ghadd ta' applikanti fiz-zmien li gej jonqos drastikament. Bhala l-ewwel pass dalwaqt johorgu ghadd ta' maisonettes li huma l-ewwel bini tax-xorta tieghu li qatt inbena mill-Gvern f'Ghawdex.
Il-Ministru semma wkoll ix-xoghol ta' tiswijiet li hemm ippjanat li jsiru fil-Qasam tad-Djar f'Tac-Cawla. Huwa mbaghad ghadda biex tkellem dwar ix-xoghol ta' immodernizzar ta' l-Ufficcju tal-Housing u l-Ufficcju Kongunt, li jinsabu fir-Rabat Ghawdex. Huwa qal li dan irid isir biex filwaqt li c-cittadini jkunu moqdija ahjar, l-impjegati jkollhom post tax-xoghol xieraq ghalihom.
Il-Kumitat ko-ordinattiv jiltaqa' regolarment biex jikko-ordina x-xoghol ta' l-Awtorita' tad-Djar u d-Dipartimenti l-ohra tal-Ministeru li jkun qieghed jew se jitwettaq u anke biex jghin fit-tfassil ta' policies dwar housing ghal Ghawdex.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901