Left arrow Go Back

Jinhatru l-Ufficcjali tal-Kumitat "Il-Belt Valletta bhala Kapitali Kulturali"

pr1134
Date Icon 11/06/1997

Dr. Joe Cilia, Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti habbar l-ghazla tal-Belt, Valletta mill-Unjoni Ewropeja bhala Kapitali Kulturali Ewropeja ghax-xahar ta' Gunju, 1998.

"It-Taljani jghidu li Venezja mhix belt Taljana, izda occidentali ghax tigbor fiha l-Kultura Ewropea. L-istess jghidu l-Francizi ghal Strassburgu. Ara kemm ghandna raguni izjed ahna, jekk naghtu l-istess titlu lill-Belt Valletta li nbniet bis-sahha u l-ghajnuna tas-Slaten Ewropej u zzejnet bl-isbah perli tal-Kultura occidentali".

Dan enfasizzah Dr. Joe Cilia waqt Konferenza Stampa li saret illum meta kien qieghed jaghti l-ittri ta' hatra lill-ufficjali tal-kumitat Il-Belt Valletta bhalaKapitali Kulturali.

Dr. Cilia qabel wiegeb ghall-mistoqsijiet ta' l-istampa, ghamel introduzzjoni qasira fejn spjega l-Background storiku u kulurali tal-Belt Valletta. Irrefera ghal gawhar arkitettoriku u artistiku tal-belt u anke spjega kif go l-istess Belt hemm serje ta' bini u monumenti u anke fortifikazzjonijiet li jimxu pass, pass mal-medja ta' zminijiet f'dik li hi kultura Ewropea.

Dr. Joe Cilia semma' wkoll l-eluf kbar ta' turisti ta' kull gens li jzuru l-Belt u jitpaxxew biha u li l-prezenza taghhom infisha taghmel lill-Belt centru ta' kulturi differenti. Huwa appella biex isiru sforzi minn kulhadd biex jigu mistiedna kumpaniji u kumplessi muzikali barranin biex bil-muzika taghhom jghatu bixra iktar kosmopolita lill-Belt.

Dr. Cilia ghalaq l-intervent tieghu billi qal li hu johlom li xi darba l-barranin kollha jibdew jirreferu ghall-belt Valletta bhala dik il-belt kulturali fost l-izjed bliet kulturali ta' l-Ewropa.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow