Left arrow Go Back

Ufficjali tal-Gvern se jispjegaw is-sistema gdida ta' tassazzjoni f'Malta u f'Ghawdex

pr1133
Date Icon 11/06/1997

Minn nhar il-Hadd li gej ufficjali tad-Dipartiment tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa se jkunu fi skejjel tal-Gvern f'Malta u f'Ghawdex biex jispjegaw lic-cittadini dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni. Dan thabbar mill-Prim Ministru Dr. Alfred Sant f'laqgha ta' informazzjoni ghas-self-employed fiz-Zurrieq. Il-Prim Ministru qal li bil-ghan li kulhadd jifhem kif se tkun qed tithaddem is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni qeghdin jintbaghtu fuljetti informattivi li jolqtu lis-setturi koncernati. Diga' bdew jintbaghtu fuljetti lill-konsumaturi, lir-retailers (bejjiegha bl-imnut), lill-wholesalers u lill-importaturi. Is-Sistema l-Gdida ta' Tassazzjoni se tiehu post it-taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju li gej.

Il-Prim Ministru tkellem dwar l-impenn tal-Gvern precedenti li kien intrabat ma' l-Unjoni Ewropea li jnehhi l-levies sa l-1996. Dan kien ifisser li titnehha l-protezzjoni minn fuq 840 prodott li jinhadmu Malta li jvarjaw mill-produzzjoni ta' hwejjeg, zraben, u ghamara, fost lista twila ta' prodotti. Il-Gvern il-gdid, qal il-Prim Ministru, insista ma' l-Unjoni Ewropea li dawn il-levies ma jitnehhewx immedjatament kif kien miftiehem mal-Gvern precedenti.

Il-Prim Ministru qal li s-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni se tkun ta' inkoraggiment ghas-self-employed. Mill-1 ta' Lulju dawk ir-retailers kollha mhux se jibqghu kolletturi tat-taxxa ghall-Gvern. Ir-Retailers - minn dawk li ghandhom supermarket sa l-izghar wiehed ta' fuq il-Monti - mhux se jibqghu kolletturi tat-taxxa. Mhux se jkollhom aktar taxxi x'jigbru jew li jhallsu huma. Ir-retailer se jibda jixtri l-prodott, jaghmel il-profitt gust tieghu u jbighu bla xkiel skond kemm jiflah is-suq.

Laqgha ohra ta' informazzjoni ghas-self-employed ta' Ghawdex se ssir nhar is-Sibt fl-Isports Pavilion ta' Ghawdex.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow