Left arrow Mur Lura

Ippubblikat ir-Rapport (White Paper) dwar il-Modernizzazzjoni tal-Forzi Armati ta' Malta

pr1132
Date Icon 11/06/1997

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant illum ippubblika rapport dwar 'Il-Modernizzazzjoni tal-Hila Militari tal-Forzi Armati ta' Malta' waqt Konferenza ta' l-Ahbarijiet fl-Ufficcju tal-Prim Ministru f'Kastilja. Il-Prim Ministru qal li s-sigurta' nazzjonali ta' pajjizna ghandha tinteressa lil kulhadd, minghajr distinzjoni politika.

Dr. Alfred Sant qal li l-Gvern il-Gdid jemmen li l-Forzi Armati ta' Malta ghandhom ikunu elevati 'l fuq mill-politika. Il-Prim Ministru esprima t-tama li fil-kuntest ta' difiza, il-partiti politici ewlenin ghandhom dejjem jadottaw mizuri minghajr element partiggjan. Il-Prim Ministru qal li hija propju l-intenzjoni tal-Gvern li l-Forzi Armati ta' Malta jkunu xempju ta' l-ghaqda fil-pajjizna.

Il-Prim Ministru qal li r-rapport huwa mahsub biex il-Forzi Armati ta' Malta tinghatalhom struttura aktar addattata skond il-htigijiet ta' llum. Dawn jinkludu l-htiega li jigi modernizzat l-apparat u l-facilitajiet direttament relatati u l-htiega ta' livell aktar gholi fil-qasam tat-tahrig professjonali. Dr. Sant tkellem dwar il-bzonn ta' organizzazzjoni ahjar tar-rizorsi umani u l-htiega ta' organizzazzjoni aktar maghquda.

Il-Prim Ministru qal li l-Gvern issa se jezamina r-rakkomandazzjonijiet fid-dettal fid-dawl ta' kummenti mill-pubbliku bil-ghan li jigi identifikat Pjan ta' Zvilupp kontinwu bejn illum u s-sena elfejn. Ir-rakkomandazzjonijiet se jigu kunsidrati u segwiti bl-aktar mod vigoruz.

Prezenti kien hemm il-Ministru Joe Mizzi, il-Kap Kmandant ta' l-Armata Rupert Montanaro, is-Sur Martin Scicluna, Konsulent fl-Ufficcju tal-Prim Ministru u s-Sur J.R. Grima, Segretarju Permanenti fl-Ufficcju tal-Prim Ministru.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow