Assistenza medika mill-Forzi Armati ta' Malta
pr1129
11/06/1997
Ghal habta ta' nofs il-lejl, il-Control Room tal-Forzi Armati ta' Malta giet infurmata mit-Turetta li skuna tas-sajd lokali ghandha bzonn assistenza medika, ghax wiehed mill-membri ta' l-ekwipagg dahhal sunnara tat-tonn f'idu l-leminija.
L-incident gara 53 mil SW minn Delimara. Immedjatament il-Patrol Boat 23 gibdet f'din id-direzzjoni u fil-frattemp tela' l-helicopter AB212 tal-Missjoni Militari Taljana biex jiehu l-pazjent lejn l-Isptar San Luqa, li kienu diga' infurmati bil-kaz. Il-helicopter sab xi diffikultajiet biex jirkupra l-pazjent li minhabba f'hekk dan twassal Sa Maison permezz tal-Patrol Boat fejn sab l-ambulanza tistennieh.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901