Hidma fl-Industrija tat-Tjur
Ufficjali mid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji jinsabu ghaddejjin bi programm ta' spezzjonijiet fuq 420 razzett tat-tjur li ricentement gew notifikati mad-Dipartiment.
Dan bil-ghan li tinkiseb informazzjoni mehtiega ta' x'inhuma l-kapacitajiet u l-facilitajiet ezistenti f'dawn l-irziezet, sabiex jigu meghjuna jkunu konformi maz-zminijiet tal-llum.
Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia qal dan meta ltaqa' ma' numru ta' produtturi tat-tjur li qeghdin fi stadju avvanzat li jwaqqfu Koperattiva tat-Trobbija tat-Tjur.
Hu kompla jghid li sa llum, id-Dipartiment tas-Servizz Veterinarju, ghadu ma rcieva ebda suggerimenti bil-miktub dwar titjib tal-kundizzjonijiet proposti ghall-industrija tat-tjur f'pajjizna. Dan minkejja li f'April ta' din is-sena il- produtturi kollha gew moghtija kopja ta' proposti ta regolamenti godda, mahsuba biex ikunu l-kundizzjonijiet ghar-registrazzjoni ufficjali tar-rziezet ghaz-zamma ta' tjur, dawk ghall-produzzjoni tal-bajd, u tas-simna.
Huwa sahaq mal-produtturi sabiex ikunu aktar dixxiplinati u jirrispettaw ir-regolamenti. u l-pariri tad-Dipartiment. Dan fid-dawl li tkompli tissahhah il-fiducja f'din l-industrija u sabiex ikun assigurat dritt ghax-xoghol u qligh gust ghall-produtturi nfushom.
Il-Ministru Noel Farrugia fakkar li f' April ta' din is-sena tpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra tliet Avvizi Legali godda sabiex iharsu l-importazzjoni ta' flieles u bajd ghat-tifqis, il-hatcheries, u l-breeding stock.
Il-Ministru temm jghid li bhala mizura ohra tal-Gvern biex ikompli joghla l-livell ta' din l-industrija f'pajjizna, ix-xahar id-diehel gej Malta Prof Gonzales, espert fl-industrija Mediterranja tat-tjur fejn mistenni li jaghti pariri teknici u professjonali direttament lill-produtturi, inkluzi hatcheries u l-impjanti ta' l-ipprocessar.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901