Zgumbrati karrijiet u ingenji miz-Zewwieqa u mix-Xlendi
Ghaddejja hidma kkordinata bejn is-Segretarjat ghal Ghawdex u l-Pulizija biex jiĆu mnehhija karrijiet tad-dghajjes u ingenji ohra li qed jingumbraw l-inhawi taz-Zewwieqa, fl-Imgarr, u parti mill-parkegg tax-Xlendi.
Dawn l-inhawi huma popolari mal-pubbliku, partikolarment fl-istagun tas-sajf. Madankollu inhawi shah minn dawn iz-zoni kienu okkupati minn karrijiet, f'xi kazi abbandunati, uzati mis-sajjieda tal-post.
Dan l-ahhar is-Segretarjat ghal Ghawdex beda jaghmel l-arrangamenti mehtiega biex iz-Zewwieqa u x-Xlendi jigu mnaddfa minn dawn il-karrijiet u jinghataw dehra iktar pjacevoli ghall-pubbliku. Is-sajjieda gew offruti jtellghu l-ingenji taghhom fil-police compund li jinsab il-Kajselli, ix-Xewkija. Il-Pulizija mistennija tintervjeni u twarrab hi stess ingenji li jibqghu ma jitwarrbux mis-sidien taghhom.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901