Left arrow Mur Lura

Konsulent tal-F.A.O. f'Malta

pr1119
Date Icon 10/06/1997

L-ghan ewlieni tal-Gvern Malti ghas-settur tal-Biedja u Sajd, huwa li jassigura lill-poplu Malti u t-turisti li jzuruna, kwalità ta' ikel bnin, frisk u naturali. B'hekk ikun possibli li tikber il-fiducja fil-prodott Malti u jkun assigurat dhul gust ghall-bdiewa, rahhala u sajjieda.

Dan intqal mill-Ministru tal-Biedja u Sajd Noel Farrugia meta ltaqa' mas-Sur Bernhard D'Avis, Senior Agricultural Policy Officer tal-FAO li beda zjara f'Malta llum.

Matul iz-zjara tieghu f'Malta, is-Sur D'Avis se jistharreg ir-rwol tal-Gvern ghas-settur tal-Biedja u Sajd matul l-ahhar sitt xhur sabiex ikun possibli ghall-FAO li taghmel ir-rakkomandazzjonijiet taghha lill-Gvern Malti ghall-beneficcju tal-futur ta' dawn is-setturi. Iz-zjara tas-Sur Bernhard D'Avis hija b'rizultat taz-zjara ufficjali li kien ghamel f'Malta d-Direttur Generali tal-FAO Dr Jacques Diouf f'April ta' din is-sena.

Il-Ministru Noel Farrugia spjega li huwa flimkien mad-Diretturi, ufficjali u haddiema tad-Dipartiment tal-Ministeru tieghu, ghaddejjin b'numru ta' xoghlijiet u inizjattivi mahsuba biex jaghtu nifs gdid lis-setturi tal-Biedja u Sajd f'pajjizna.

Huwa tkellem ukoll dwar il-vantagg li ghandha l-politika ta' assocjazzjoni ma' l-Unjoni Ewropeja flok dik ta' shubija shiha u temm jghid li fid-dawl ta' dan matul dawn ix-xhur zdiedet sostanzjalment l-esportazzjoni ta' prodott tal-biedja ghas-Suq Ewropew.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow