Laqgha ta' Konsultazzjoni mar-Residenti ta' l-Imtarfa - Diskuss Xoghol ta' Zvilupp
Hemm ir-rieda u d-determinazzjoni li l-Belt ta' l-Imtarfa, li llum tigbor fiha mas-600 familja, issir Belt moderna u mizmuma kif jixraq lir-residenti tal-lokal. Dan hareg minn laqgha li saret bejn l-Assocjazzjoni Residenti Mtarfa u l-Kumitat dwar il-Progett tad-Djar ta' l-Imtarfa fi hdan l-Awtorita' tad-Djar. Dan il-Kumitat kien twaqqaf dan l-ahhar fuq inizjattiva personali tal-Ministru ghad-Djar is-Sur Alfred Portelli.
F'din il-laqgha gew diskussi l-progetti ta' xoghlijiet li qeghdin jitwettqu u li mistennija jibdew jitwettqu fil-gejjieni qrib. Sar maghruf li bhalissa qieghed isir xoghol fuq 40 cluster house li jinsabu kwazi lesti u xoghol iehor fuq 30 maisonette li mistenni jkun lest sa l-ahhar ta' din is-sena. Dan barra li l-Awtorita', li hija responsabbli fuq ix-xoghol kollu li jrid isir fl-Imtarfa, qieghda twettaq f'dik li hi infrastruttura u sahansitra formazzjoni ta' triqat u kisi bit-tarmac.
Thabbar ukoll fil-laqgha li l-Awtorita' tinsab lesta li tkompli tibni aktar units fl-Imtarfa jekk l-art tkun disponibbli. Minn naha taghha l-Ghaqda tar-Residenti wriet id-determinazzjoni taghha li tiehu hsieb il-patrimonju ereditarju tal-lokal u anke wriet ix-xewqa li tinghata r-responsabbilta' tal-facilitajiet sportivi tal-lokal.
Dr. Stefan Buontempo, li huwa Chairperson tal-Kumitat tal-Progett tad-Djar ta' l-Imtarfa, filwaqt li semma x'wiret il-Ministeru ghad-Djar f'dan il-lokal, wera d-determinazzjoni tal-Ministeru li jtejjeb il-qaghda tal-housing fl-Imtarfa. Huwa ghalhekk talab lill-ghaqda tar-Residenti biex thejji lista ta' suggerimenti u idejat dwar dan il-lokal u tibghathom lill-Kumitat tieghu u lill-Kunsill Lokali tar-Rabat.
Huwa ssuggerixxa wkoll li ssir laqgha bejn l-Ghaqda tar-Residenti, il-Kumitat tieghu u l-Kunsill Lokali tar-Rabat biex jigu diskussi l-proposti ta' l-ghaqda u x-xoghol li qieghed jitwettaq u ghad irid jitwettaq fil-lokal.
Jiehdu sehem f'din il-laqgha kien hemm is-Sur Victor Sciberras Grioli, General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar, il-Perit Sandra Magro, membri tal-Kumitat u delegazzjoni mill-Ghaqda tar-Residenti, immexxija mill-President, is-Sur Dione Schembri.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901