Laqghat mas-Self-Employed dwar is-Sistema Gdida ta' Tassazzjoni
Bhalma digà habbar il-Gvern it-taxxa tal-VAT se titnehha mill-1 ta' Lulju 1997.
Biex is-sistema tidhol fis-sehh bl-anqas diffikultajiet possibbli, il-Gvern qed jorganizza sensiela ta' laqghat informattivi fil-bliet u rhula ta' Malta u Ghawdex.
Ghada t-Tlieta, 10 ta' Gunju 1997, il-Prim Ministru Dr Alfred Sant se jiltaqa' mas-self-employed mill-inhawi ta' Kirkop, Mqabba, Qrendi, Safi u Zurrieq. Il-laqgha ssir fil-Calypso Hall, Vjal il-Blue Grotto, Zurrieq u tibda fis-7.30 p.m.
F'dawn il-laqghat il-Prim Ministru jispjega x'forma se tiehu s-sistema l-gdida ta' tassazzjoni u wara jwiegeb il-mistoqsijiet li dawk prezenti jistghu jaghmlulu.
Il-laqgha ta' ghada se tkun is-seba' wahda f'din is-sensiela. Hu mistenni li fiha l-Prim Ministru jkun meghjun mis-Sur Leo Brincat, Ministru tal-Finanzi u Kummerc, minn Dr. Gavin Gulia, Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed u minn ufficjali tal-Ministeru tal-Finanzi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901