Progett Pilota tal-Furjana
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, ltaqa' mas-sidien tal-postijiet battala fil-Furjana. Matul il-laqgha s-sidien esprimew id-diversi opinjonijiet, suggerimenti u proposti taghhom dwar kif jixtiequ li juzaw il-proprjeta' battala taghhom fil-Furjana. Huma ddiskutew ukoll kif tista' tinholoq kollaborazzjoni bejnhom u l-Gvern fl-uzu ta' din il-proprjeta'.
Ghalhekk id-diversi proposti taghhom se jigu studjati mid-Dipartiment ghall-Akkomodazzjoni Socjali flimkien mal-Kunsill Lokali tal-Furjana. Dan qieghed isir minhabba il-progett pilota dwar il-postijiet battala fil-Furjana, li minhom hemm aktar minn 150.
Il-Ministru Portelli gie ntrodott lis-sidien mis-Sur Publius Agius, Sindku tal-Kunsill Lokali tal-Furjana. Wara li l-Ministru spjega l-ghan ta' din il-laqgha, huwa stieden lis-sidien biex jghidu b'aktar mod liberu x' jixtiequ li jigri mill-postijiet battala taghhom biex wara dawn l-idejat jigu studjati fid-dawl ta' x'mizuri ghandhom jittiehdu biex l-ghadd ta' djar residenzjali fil-Furjana jizdied, halli dan il-post ma jsirx cimiteru.
Ghal din il-laqgha kordjali kienu prezenti wkoll ufficjali u kapijiet ta' Dipartimenti tal-Ministeru ghad-Djar, kif ukoll il-Kunsilliera tal-Kunsill Lokali msemmi.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901