Left arrow Mur Lura

Inawgurat Gnien il-Kunsill fix-Xewkija

pr1096
Date Icon 06/06/1997

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo inawgura Gnien il-Kunsill, fix-Xewkija. Il-gnien joffri spazju rikreattiv ghar-residenti ta' l-inhawi, partikolarment ghat-tfal. Dan il-gnien inbena mill-Kunsill Lokali tax-Xewkija u jinkludi wkoll facilitajiet ta' playing field.

Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li l-Gvern huwa impenjat li jindirizza, problemi ambjentali f'Ghawdex, fosthom dik tar-rimi ta' skart domestiku u t-tnaqqis tal-kampanja naturali ghal skopijiet ta' zvilupp. Dr Refalo qal li l-qasam ambjentali huwa direttament marbut ma' setturi ohra bhal dak tat-turizmu, u zvilupp li ma jkunx sostenibbli jasal biex jeqred dawk l-affarijiet li jigbdu lill-vizitaturi lejn il-gzira.

Dr Refalo qal li hafna jahsbu li r-regolamenti li qed jigu infurzati mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar huma xkiel zejjed, madankollu wiehed irid izomm quddiem ghajnejh li l-effetti negattivi li saru fil-passat fuq l-ambjent huma rreparabbli u ghalhekk ghandu jkun hemm iktar attenzjoni biex ma jsirux l-istess zbalji. Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex qal li l-Awtorita' ta' l-Ippjanar ghandha funzjoni importanti x'taqdi fil-harsien ta' l-ambjent.

Dr Anton Refalo esprima l-apprezzament tieghu ghall-inizjattiva tal-Kunsill Lokali, b'mod partikolari lejn is-Sindku s-Sur Wistin Dingli, u qal li l-gnien se jkun fuq kollox tifkira kontinwa ghall-harsien ta' l-ambjent ta' madwarna.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow