Dr. Joe Cilia jattendi manifestazzjoni mill-Iskolasport
"Filwaqt li ghandna nirsistu biex nirbhu, ghandna nkunu sodisfatti u ferhanin li qeghdin niehdu sehem, ferhanin li bhala sportivi veru ikun irnexxielna nzommu ruhna boghod mill-vizzji u mill-ghazz" Dan qalu s-Segretarju Parlamentari l-Onor. Joe Cilia waqt manifestazzjoni ta' skolasport li matulha indirizza lil madwar 2400 tifel u tifla li jittrenjaw ghal varji dixxiplini mghallmin f'din l-iskola.
Huwa sahaq fuq l-importanza ta' l-isport ghall-izvilupp shih tal-personalita' tal-bniedem, kif l-isport jghallimna ma nkunux egoisti u li wiehed ma jistghax jirbah dejjem.
"Nitghallmu nghixu ma' xulxin, nghadru n-nuqqasijiet ta' xulxin, nikkoperaw ma' xulxin u fuq kollox nahdmu bhala tim", kompla l-Onor. Cilia. Huwa fisser kif kull dixxiplina sportiva tizviluppa fina l-lat socjali billi taghmilna tolleranti u dderrina nitilfu.
Is-Segretarju Parlamentari fakkar lit-tfal li kull meta fuq it-T.V. jaraw lil tant champions jghollu l-unuri taghhom ferhanin, tajjeb li jiftakru li wara dak il-mument qasir ta' ferh hemm mohbijin snin twal ta' cahda, ta' tbatija u ta' sagrificcju.
L-Onor. Cilia ghalaq billi qal li propju ghalhekk il-gvern huwa impenjat li jimmodernizza u li jtejjeb il-facilitajiet sportivi biex iz-zghar taghna jkunu jistghu jibdew minn kmieni u bhaz-zghar ta' pajjizi ferm ikbar minna jkollhom ic-cans li jirnexxu. Wara huwa qassam trofew lil kull tifel u tifla li kienu l-ahjar fid-dixxiplina sportiva taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901