Dr. Joe Cilia jifrah lill-partecipanti tal-Maratona f'Rahal Gdid
Is-Segretarju Parlamentari ghaz-Zghazagh, Sport, Kultura u Arti Dr. Joe Cilia baghat jifrah lill-partecipanti kollha tal-Mini Maratona li saret il-Hadd, l-1 ta' Gunju, 1997 f'Rahal Gdid. Din il-Maratona saret fuq inizjattiva tas-Sur Barry Whitmore u ghall-ewwel darba fin-Nofsinhar ta' Malta.
Fil-messagg tieghu Dr. Joe Cilia fakkar dwar l-importanza tad-dixxiplina sportiva ta' giri fit-tul. Biex wiehed jidhol ghal dixxiplina bhal din bilfors li jrid ikollu rieda ta' l-azzar u personalita' li tispikka. Irid ikun bniedem lest ghas-sagrificcju, dixxiplinat u ta' kontroll.
Bizzejjed niftakru xi kwalità ta' tahrig jirrikjedi l-giri fit-tul. F'dan it-tahrig ma jkun hemm hadd biex jaghmillek kuragg, tkun wahdek - int u r-rieda tieghek li tasal fejn immirajt
Dr. Cilia zied jghid li dixxiplina bhal din ta' giri fit-tul tirrikjedi inizjattiva, kunfidenza fik innifsek, spirtu ta' sopravivenza u spirtu kumbattiv. Ghalhekk Dr. Cilia esprima li kien ferhan li ghal din il-maratona dahlu sportivi ta' kull età u proprju ghalhekk haseb li jinghata trofew mhux biss lil dawk li jidhlu fl-ewwel postijiet, izda lil dawk li jiksbu l-ahjar postijiet f'kull kategorija.
Dr. Cilia qal li "jalla norganizzaw aktar maratoni ta' dan it-tip halli jithajjru aktar cittadini, anke dawk li fis-sens wiesa' tal-kelma huma dilettanti biex jidhlu ghal kompetizzjonijiet ta' din ix-xorta.
"Forsi xi darba ghad nibdew naraw il-mijiet ta' cittadini jippartecipaw f'dawk li t'Taljani isejhu 'stracittadini' , fejn numru kbir ta' cittadini ta' belt jew ta' xi zona jiehdu sehem fil-maratona tal-post".
Fl-ahharnett, Dr. Cilia heggeg lis-Sur Barry Whitmore ikompli f'din it-triq ghax verament jixtieq li ghad jigi zmien meta kull belt u rahal ta' pajjizna jkollhom il-maratona partikolari taghhom.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901