Left arrow Go Back

Id-diskussjonijiet dwar is-sistema gdida ta' tassazzjoni mistennija jkomplu fil-jiem li gejjin.

pr1071
Date Icon 04/06/1997

Il-gvern ghandu l-impenn li f'dak kollu li ghandu x'jaqsam mas-sistema gdida ta' tassazzjoni jasal ghal dak li jrid, bi ftehim u b'diskussjoni shiha. Dan qalu l-lejla l-Prim Ministru Dr Alfred Sant waqt laqgha ta' informazzjoni li kellu ma membri tal-Kamra tal-Kummerc. Il-Prim Ministru zied jghid li minn naha tal-gvern hemm ukoll impenn li dak kollu li qieghed isir ikun irfinat. Dr Sant irrefera ghall-laqghat li kien hemm ma dawk kollha koncernati dwar l-introduzzjoni tas-sistema gdida ta' tassazzjoni u qal li dawn il-laqgha wrew kemm il-gvern kien u ghadu lest li jisma l-punti kollha li setghu jitqajmu. Tul il-laqgha sar maghruf ukoll li fil-jiem li gejjin mistennija jsiru aktar diskussjonijiet dwar punti li ghadhom pendenti, li fost l-ohrajn jinkludu certi ezenzjonijiet ta' dazji fuq prodotti li jkunu gejjin minn barra l-Unjoni Ewropea.

Fl-istess hin il-Prim Ministru appella lil dawk kollha koncernati biex jghaddu l-kummenti taghhom dwar ir-regolamenti legali li qeghdin jigu ppublikati f'forma ta' "draft" fil-gazzetta tal-gvern, bil-ghan li dawn jigu mtejba u jsiru aktar facli mil-lat ta' amministrazzjoni.

Tul il-laqgha ta' informazzjoni nghataw spjegazzjonijiet dwar ir-refunds li n-negozji se jaghtu lill-gvern. Il-Prim Ministru qal li l-gvern ried li tinstab sistema fejn bi qbil kulhadd ikun jaf x'ghandu jaghti u wara kollox jibda jimxi fuq is-sistema gdida ta' tassazzjoni. Hemm zewg modi kif il-gvern jista jkun jaf kemm ghandu jircievi refunds minn ghand tal-hwienet. L-ewwel mod huwa billi jsir inventarju ta' l-istocks u l-hlas isir fuq dak li jirrizulta minn dan l-inventarju. Dan id-dritt se jkun hemm. It-tieni possibilita, qal il-Prim Ministru hija li tigi kkalkulata l-medja ta' kull gimgha ta refundsminn kemm ilha tapplika l-VAT, u sa l-ahhar ta' din is-sena kull negozju kummercjali jaghti lill-gvern ghaxar gimghat ta' dik il-medja. Fil-kaz ta' l-industrija dan il-perjodu ta' zmien jinzel ghal gimghatejn.

Dwar is-sistema gdida ta' tassazzjoni u l-prezzijiet il-Prim Ministru qal li jekk il-pajjiz verament jemmen f'sistema ta' kompetizzjoni, bhala pakkett ghandu jkun hemm pressjoni 'l isfel fuq il-livell tal-prezzijiet. Dwar il-levies habbar li l-gvern Nazzjonalista kien lest li jnehhi l-levies fuq madawr erba mitt prodott. Fil-waqt li qal li l-gvern jemmen li dawn il-levies eventwalment ghandhom jispiccaw, dan irid isir fuq numru ta' snin bi qbil bejn il-gvern Malti u l-Unjoni Ewropea.

Fil-laqgha tal-lejla saru ghadd ta' interventi minn dawk li kienu prezenti, li ghamlu mistoqsijiet li koprew oqsma varji ta' negozji f'pajjizna. Prezenti ghall-laqgha kien hemm ukoll ufficjali tal-Kamra tal-Kummerc.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow