Is-Sistema l-gdida ta' tassazzjoni se thalli impatt posittiv fuq l-ekonomija Maltija
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant qal li s-Sistema l-gdida ta' Tassazzjoni se thalli impatt posittiv fuq l-ekonomija Maltija. Bit-tnehhija tal-VAT minn fuq is-servizzi ghandu jkun hemm daqqa 'l isfel fil-prezzijiet tas-servizzi li bis-sistema tal-VAT kienu intaxxati 15%. Bis-sistema l-gdida s-servizzi se jkollhom 5% Sisa (ETS), izda din is-Sisa ma tithallasx minn dawk in-negozji li d-dhul taghhom huwa taht Lm6,000 fis-sena. Dan ghandu jkun ta' incentiv ghas-self-employed biex irahhsu s-servizzi taghhom u jkunu aktar kompetittivi.
Il-Prim Ministru kien qed jiehu sehem f'laqgha ta' informazzjoni ghas-self-employed mill-Belt, il-Furjana, il-Marsa u l-Hamrun fil-lukanda Phoenicia fil-Furjana dwar is-Sistema l-Gdida ta' Tassazzjoni li se tiehu post it-taxxa tal-VAT mill-1 ta' Lulju li gej.
Waqt din il-laqgha l-Prim Ministru u ufficcjali mid-Dipartiment tal-Finanzi u Kummerc u mid-Dipartiment tad-Dwana spjegaw is-Sistema l-gdida li se tkun ibbazata fuq dazju u sisa. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jkompli jikkonsulta ma' l-ghaqdiet tan-negozju dwar l-implimentazzjoni tas-sistema l-gdida. Fil-granet li gejjin se jigu ippubblikati tliet avvizi legali ohra dwar is-Sistema l-gdida ta' Tassazzjoni bil-ghan li l-pubbliku jista' jaghmel ir-rakkomandazzjonijiet tieghu.
Madwar 30,000self-employed mhumiex se jibqghu kolletturi tat-taxxa u se jiffrankaw mijiet ta' Liri fi spejjez ta' amministrazzjoni tan-negozju li kienet tirrekjedi t-taxxa tal-VAT. Bis-Sistema l-gdida, spjega l-Prim Ministru, il-konsumatur ghandu jiffranka fuq il-prodotti u s-servizzi li jikkonsma kuljum li bit-taxxa tal-VAT kienu ntaxxati 15%.
Il-Prim Ministru tkellem dwar ir-refunds fuq stocks u qal li dwar dan kien hemm qbil tajjeb ma' l-ghaqdiet tan-negozju u l-kummerc. Dr. Sant qal li b'dan il-ftehim is-settur ta' l-industrija se jkun jista' jikkalkola kemm irid jaghti refunds lill-gvern fuq perjodu ta' gimghatejn, filwaqt li l-kumplament jaghmlu dan fuq bazi ta' ghaxar gimghat. Ir-refunds kollha jridu jithallsu lill-Gvern sa l-ahhar tas-sena.
Il-Prim Ministru qal li min ma toghgbux din is-sistema jista' jaghmel inventarju ta' l-istocks bl-awditur tieghu. Dr. Sant enfasizza li l-gvern ma jridx izid l-ispejjez amministrattivi ta'in hu fin-negozju u jrid li l-affarijiet jigu simplifikati.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm ukoll is-Segretarju Parlamentari ghas-self-employed l-Avukat Gavin Gulia, is-Sur Anthony Pavia, Kontrollur tad-Dwana, is-Sur Joe Portelli u l-Avukat Patrick Spiteri mid-Dipartiment tal-Finanzi u l-Kummerc. Ghada l-Hamis fis-sebgha ta' filghaxija se ssir laqgha ohra ghas-self-employed tal-Kottonera fil-Kazin tal-Banda San Gorg, f'Bormla.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901