Jigi ccelebrat Jum il-Qala
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo inawgura esibizzjoni ta' l-arti li giet organizzata fic-Centru Parrokkjali tal-Qala mill-Kunsill ta' l-istess rahal. L-esibizzjoni hija parti mill-attivitajiet li thejjew ghal Jum il-Qala, li gie ccelebrat nhar il-Hadd l-1 ta' Gunju.
F'lejla t'attivitajiet li saret fil-pjazza tar-rahal, Dr Refalo assista wkoll ghall-wirja dwar l-ewwel ghajnuna, moghtija minn membri tas-St John's Ambulance Brigade. Din l-organizzazzjoni topera wkoll minn Ghawdex u toffri korsijiet dwar l-ewwel ghajnuna lil zghazagh u membri ohra. Dr Refalo qal li din l-organizzazzjoni qed tnissel fuq kollox element ta' dixxiplina u ta' altruizmu fil-membri taghha u nkoraggiha ssostni l-attivita' taghha f'Ghawdex.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901