\Pellegrinagg mill-Ordni Militari Sovrana lejn ta' Pinu
pr1060
04/06/1997
Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Dr Anton Refalo inghaqad ma' grupp ta' iktar minn mitejn ruh f'pellegrinagg fis-Santwarju Ta' Pinu. Din l-attivita' hija wahda annwali organizzata mill-Assocjazzoni ta' l-Ordni Militari Sovrana ta' Malta. Il-pellegrinagg ta' din is-sena kien it-tmien wiehed li gie organizzat.
F'quddiesa koncelebrata, l-Isqof ta' Ghawdex, Mons. Nikol Cauchi tkellem dwar solidarjetà ma' dawk li huma iktar dghajfa. L-Isqof Cauchi qal li l-insara ghandhom jitobu mhux biss ghall-fejqan fiziku izda wkoll ghall-fejqan spiritwali.
Il-grupp ta' pellegrini kien jinkludi anzjani, morda u persuni bi bzonnijiet specjali, assistiti minn voluntiera zghazagh.
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901