Suldati Maltin fl-akbar operazzjoni ta' tahrig barra minn pajjizna
96 suldat tal-Forzi Armati ta' Malta illum hadu sehem fl-ezercizzju CANALE 97, flimkien ma' suldati minn pajjizi membri tal-Konferenza Ewro-Mediterranja fi Sqallija u fl-ibhra ta' madwar fl-akbar operazzjoni ta' tahrig militari ta' natura pacifika barra minn pajjizna. Fit-tahrig qed jiehdu sehem suldati Taljani, Francizi, Griegi u Torok. It- tahrig kien ta' natura pacifika bhal tfittxija u salvatagg, ghajnuna umanitarja u tahrig ta' infurzar tal-Ligijiet Marittimi dwar traffikar ta' immigranti illegali u traffikar ta' droga.
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant attenda ghall-ezercizzji li saru llum. Il-Prim Ministru telaq minn Malta lejn Katanja kmieni dalghodu. Minn Katanja, il-Prim Ministru tar b'helicopter lejn il-bazi navali ta' Augusta. Mill-bazi ta' Augusta l-Prim Ministru zar il-kamp tar-refugjati f'Terra Vecchia. Imbaghad il-Prim Ministru tela' abbord il-vapur Taljan AVIERE fejn inghata taghrif dwar ezercizzji taz-zamma tal-ordni fuq il-bahar. Il-Prim Ministru nghata s-salut mill-patrol boats tal-Forzi Armati ta' Malta u l-frejgata AVIERE fejn saru wirjiet ta' imbarkazzjoni fuq il-vapur LIPARI u l-frejgata AVIERE. Saret ukoll wirja ta' operazzjoni ta' salvatagg bil-helicopters li fiha ttella' bniedem li kien waqa' l-bahar.
Fuq il-peninsula ta' Magnisi sar tahrig ta' fuq l-art u kien hemm hidmiet ta' ghajnuna umanitarja u zamma tal-paci. Fost dawn kien hemm wirja ta' wasla ta' refugjati bl-art u bil-bahar, is-sejbien u l-qbid ta' terroristi armati minn fost ir-refugjati, evakwazzjoni medika bil-helicopter u wirja ta' titjiriet minn ajruplani Taljani.
Il-Prim Ministru qal lill-gurnalisti li laqtitu l-hila tas-suldati Maltin meta mqabblin mal-kontingenti l-ohrajn. Dan huwa l-akbar tahrig li qatt sar barra minn pajjizna mill-Forzi Armati ta' Malta flimkien ma' qawwiet gejjin minn erba' pajjizi differenti. Dr. Sant qal li dan kollu jixhed id-determinazzjoni tal-gvern Malti li s-sehem tal-Forzi Armati ta' Malta f'tahrig barra minn Malta jibqa' prijorita' kontinwa. Il-Prim Ministru tenna li l-esperjenza miksuba mill-Forzi Armati ta' Malta f'tahrig ma' qawwiet nazzjonali ohra huwa ta' siwi kbir, izid il-fiducja tas-suldati taghna fihom infushom, iwessa' l-perspettivi taghhom u jghinhom biex jahdmu f'ambjenti godda.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern Malti behsiebu johrog rapport ma jdumx fuq il-modernizzazzjoni tal-hila militari tal-Forzi Armati ta' Malta li se tmexxi l-Armata Maltija 'l quddiem lejn is-sena elfejn.
Mistoqsi dwar id-decizjoni tal-gvern il-gdid li jirtira lil pajjizna mill-PFP, l-Alleanza militari tan-NATO, il-Prim Ministru fakkar li l-gid li l-Forzi Armati ta' Malta jistghu jiksbu minn tahrig barra minn Malta, ghadna nistghu niehdu sehem minnu. Dan urih sew it-tahrig tas-suldati Maltin fi Sqallija. Il-Prim Ministru enfasizza li l-Kostituzzjoni taghna ma tippermettix li pajjizna jkun involut f'tahrig militari ta' xi alleanza militari, izda sahaq li l-gvern il-gdid huwa impenjat li l-fizzjali u s-suldati tal-qawwiet armati Maltin jibqghu jiehdu tahrig fl-Italja, il-Germanja, l-Ingilterra u l-Istati Uniti.
Il-Prim Ministru kien akkumpanjat mill-Ministru Joe Mizzi, mis-Segretarja Parlamentari Helena Dalli, mill-Kap Kmandant tal-Forzi Armati, Rupert Montanaro, mill-Ambaxxatur ta' l-Italja ghal Malta, Marco Colombo u mill-Kurunell Zucchi, Kap tal-Missjoni Militari Taljana f'Malta. Mal-wasla lura fl-ajruport ta' Malta l-Prim Ministru zar ghadd ta' ingenji u ambulanzi li nghataw lill-gvern Malti mill-gvern Taljan taht il-ftehim li hemm bejn iz-zewg pajjizi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901