Punti mid-diskors tal-Ministru Charles Buhagiar dwar tmiem l-ewwel fazi tal-progett ta' Bugibba
Jannar 1997 - Thabbir tal-Progett ta' l-"upgrading" ta' Bugibba waqt Konferenza ghall-operaturi kollha tas-settur li jahdmu f' din l-area, li saret fin-New Dolmen Hotel, Bugibba
Frar 1997 - Gie kostitwit u beda' jiltaqa' l-Kumitat ta' Azzjoni ta' Bugibba, li fih partecipazzjoni mis-settur privat, taht it-tmexxija ta' George Micallef. Bhala koordinatur inhatar il-Perit Martin Debono. Beda' x-xoghol fuq il-pjanti ta' tlettax 'il progett u saru l-ewwel applikazzjonijiet lill-Awtorita' ta' l-Ippjanar.
Marzu 1997 - Beda' x-xoghol ta' kostruzzjoni. Saret "sample" ta' 100m promenade u beda' x-xoghol fuq il-car park quddiem is-Santana Hotel. Itellghet esibizzjoni tal-progetti kollha fil-"Gillieru", li nfethet mill-Prim Ministru. Il-progetti fl-ewwel fazi kellhom jinkludu:
- Upgrading ta' Bay Square
- Promenade gdid tul ta' 2.7 km
- Car Parks godda quddiem il-Fra Ben, Santana Hotel u l-area ta' l-Incognito
- Upgrading ta' toroq arterjali - Triq it-Turisti, Triq il-Pijunieri u Qawra Road
- Junction gdida bejn Salini Road c/w Triq il-Pijunieri
- Upgrading ta' diversi toroq (33) u pjazez interni
Ix-xoghol kien stmat madwar Lm1.5 miljun.
L-Awtorita' tat-Trasport Pubbliku bdiet tikkunsidra l-bini ta' Bus Terminus gdid.
Marzu - Mejju 1997 - x-xoghol kollu fuq il-car parks, il-promenade u l-moll sar mill-haddiema tal-Gvern, bhal ma sar ukoll ix-xoghol kollu ta' hadid u injam li jinkludi railings, bankijiet, fanali tal-car parks, kif ukoll ix-xoghol kollu ta' traffic signs u road markings, Ix-xoghol ta' twaqqiegh u tnehhija ta' materjal ukoll sar mill-haddiema tal-Gvern. Matul il-progett saru diversi tibdiliet u zdied il-valur tax-xoghol sabiex jinkludi aktar toroq (40), refurbishment tad-dhul ghall-moll u l-moll innifsu, zewg latrini godda, it-tkabbir ta' Bay Square, tal-pedestrian area u tal-gallerija fejn il-"Gillieru". Il-valur tax-xoghol hu mahsub li se jirdoppja.
Matul ix-xoghol li sar mill-kuntratturi fit-toroq indbidlu s-servizzi kollha fosthom:
Korporazzjoni ghas-Servizzi ta' l-Ilma 2.7 km
Melita Cable T.V. 5.7 km
EneMalta Corporation 7.7 km
Drainage Department 2.2 km
TeleMalta Corporation 14.5 km
Tul ta' Toroq 12,500 l.m
Area ta' tarmac 131,000 sq.m.
Area ta' bankini 18,000 sq.m.
Tul ta' kerbs 18,500 l.m.
Area ta' madum 20,000 sq.m.
Permezz ta' dawn ix-xoghlijiet twasslu servizzi godda kullimkien u gie accertat li l-area tkun imdawla sew matul il-lejl. Sar xoghol ta' "landscaping" estensiv u gew mizrugha mijiet ta' sigar.
Problemi ma naqsux, fosthom burokrazjia zejda ta' l-Awtorita ta' l-Ippjanar f'certu applikazzjonijiet li wassal sabiex ix-xoghol fuq il-Junction jaqa' lura bi tliet gimghat u x-xoghol fuq il-Bus Terminus ma jinbediex u ostruzzjonijiet legali minn xi sidien ta' kiosks li tefghu x-xoghol fuq il-pjazza gimgha lura. Matul il-progett gew solvuti diversi problemi fosthom dik ta' bini llegali li tnehha u l-problema tat-taxis.
Gunju 1997 - Se jinbeda' x-xoghol ta' preparamenti fuq Phase II filwaqt li xi xoghol addizzjonali ghal Phase I wasal fil-final tieghu. Diversi progetti qieghdin jigu kkunsidrati ghat-tieni fazi fosthom aktar toroq u pjazez interni, tkabbir ta' beaches possibilment bir-ramel, gonna u landscaping ta' area bejn il-promenade u l-bahar u bidu tal-progett tal-Park Nazzjonali Qawra/Salini/Burmarrad.
Dan ix-xoghol kollu ma kienx ikun possibli minghajr il-hidma bla heda ta' :
- il-Kumitat ta' Azzjoni ta' Bugibba u l-koperazzjoni tal-Kunsill Lokali ta' San Pawl il-Bahar
- il-koordinatur Martin Debono u t-team tieghu, il-project manager Ian Camilleri u l-Eng. Frederick Azzopardi
- id-Direttur Generali, il-Perit Vince Cassar u l-interess personali li ha fil-progett kif ukoll ix-xoghol tad-dipartimenti tieghu, fosthom il-haddiema, supervisors u managers fil-Construction and Maintenance Unit bl-assistenza tal-Perit Stephen Pulis
- id-Design Unit immexxi mid-direttur, il-Perit Ray Farrugia
- il-haddiema tal-MSD immexxija minn Anglu Zahra, Andrew Seychell u Joe Penza
- il-haddiema tat-traffic signs u r-road markings immexxija minn Joe Farrugia
- il-haddiema tat-tindif pubbliku
- il-haddiema tal-marine section
- u l-haddiema l-ohra, s-supervisors taghhom u l-inginiera tal-corporations
Kieku ma kienx ghal dawn il-persuni u l-impenn taghhom dan il-progett ma kienx ikun possibli fi zmien daqshekk qasir u ta' kwalita' tajba.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901