Left arrow Mur Lura

Konferenza Internazzjonali dwar l-alkohol u d-dipendenza fuq sustanzi tossici se ssir f'Malta s-sena d-diehla

pr1051
Date Icon 03/06/1997

Is-sena d-diehla, il-Kunsill Internazzjonali dwar l-Alkoóol u Dipendenza fuq Sustanzi Tossiði, sa jlaqqa' f'Malta madwar óames mitt delegat, wara li accetta stedina tal-Gvern Malti, permezz tal-Ministru tal-Óarsien Soðjali, il-Professur Edwin Grech.

Din l-organizazzjoni magórufa internazzjonalment bóala ICAA, (International Council on Alcohol and Addictions) hija l-akbar forum fid-dinja li jíib flimkien professjonisti, góaqdiet, aíenziji u uffiðjali governattivi li jaódmu fil-qasam ta' l-alkoóol u drogi oóra.

Din l-istedina twasslet mill-Maíistrat David Scicluna, Chairman tal-Kummissjoni kontra l-Abbuú mid-Droga u l-Alkoóol u s-sur Joe Gerada, Kap Eúekuttiv ta' l-Aíenzija sedqa, meta dan l-aóóar attendew góall-konferenza ta' l-ICAA li saret fil-Kajr, l-Eíittu.

L-ICAA irrikonoxxiet l-iúviluppi li saru f'Malta fil-qasam tal-prevenújoni u kura góal dawk milquta mill-problema tad-droga. F'dan is-sens, hija óasset li jkun xieraq li l-konferenza tas-sena d-dieóla ssir f'Malta. Il-Maíistrat Scicluna tkellem fl-ególuq tal-konferenza u qal li l-iúviluppi li seóóew f'Malta kienu poúittivi óafna u l-livell tal-kura jipparaguna ma' l-aqwa pajjiúi fl-Ewropa. Infatti, óafna delegati wrew interess f'dawn is-servizzi u qal li wasal iú-úmien li Malta tagóti l-kontribut tagóha lil dawk li góadhom qed jiúviluppaw, speðjalment fir-reíjun tal-Mediterran.

Il-konferenza kienet ukoll indirizzata mis-Sur Joe Gerada f'úewí papers li ressaq, waóda dwar is-sitwazzjoni ta' l-addiction fir-reíjun tal-Mediterran u l-oóra dwar il-metodi li ntuúaw biex il-Gvern kabbar u wessa s-servizzi, kemm ta' kura, kif ukoll ta' prevenújoni.

Dr Moses Camilleri, tabib ta' l-Aíenzija sedqa, ukoll ippreúenta paper f'din il-konferenza dwar l-iúviluppi íodda fil-kura ta' paújenti fid-Detox Centre f'Malta. Dr Ibrahim Al Awaji, President ta' l-ICAA u Dr Eva Tongue, Direttur Eúekuttiv, irringrazzjaw lill-Gvern Malti góall-istedina u qalu li qed ióarsu lejn il-konferenza ta' Malta b'ottimiúmu kbir u b'tama li r-reíjun tal-Mediterran, jingóaqad aktar fil-óidma kontra l-abbuú ta' l-alkoóol u d-droga.

Din il-konferenza mistennija tkun ta' íid kbir góal pajjiú.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow