Twaqqif ta' Advisory Committee fil-Qrati - Konferenza ta' l-ahbarijiet mill-Ministru Charles Mangion
Element essenzjali fl-amministrazzjoni tal-gustizzja huwa li l-gustizzja ssir u tidher li qed issir u dan fi zmien ragjonevoli.
Ghal dan il-ghan huwa importanti li kull min ghandu x'jaqsam ma' l-amministrazzjoni tal-gustizzja u cioe` mill-gudikant sa' l-avukat, mill-prokuraturi legali sa' l-amministrazzjoni civili tal-Qrati, jikkordinaw l-isforzi taghhom ghal dan il-ghan.
Mill-bidu li gejt fdat bir-responsabilita' ta' l-amministrazzjoni tal-gustizzja hassejt illi hemm bzonn ta' konsultazzjoni serja u kontinwa biex is-sistema titjieb. Ma nistghux nibqghu passivi ghas-sitwazzjoni prevalenti fejn ghandna stagnar b'konsegwenza li c-cittadin qed jintlaqat hazin.
L-emendi estensivi fil-Ligi tal-Procedura, ghalkemm kienu approvati fil-1995, ghadhom qed jigu ntrodotti gradatament, tant illi dawk l-emendi li jolqtu l-procedura ta' smiegh tal-kawzi gew introdotti f'Ottubru 1996 u ohrajn ghadhom qed jigu kkunsidrati qabel jidhlu fis-sehh. Dawn l-emendi jinhtieg li jkunu monitored kontinwament fl-implimentazzjoni taghhom biex l-istrutturi amministrattivi necessarji jinbnew u l-effett taghhom jigi evalwat. Barra minn hekk jinhtieg ukoll li tigi msahha aktar id-dixxiplina fil-management tal-kawzi u l-poteri tal-gudikanti fi tmexxija u management tal-kawzi ghandhom ikunu ezercitati b'mod effettiv u ekwu.
Fid-dawl ta' dan kollu u wara diskussjoni mal-partijiet kollha koncernati, il-Prim Imhallef organizza seminar ta' gurnata, f'April 1997. F'dan is-seminar, li ghalih kont prezenti, ippartecipaw ukoll numru ta' mhallfin, avukati prattikanti, rapprezentanti ta' l-Avukat Generali, tal-prokuraturi legali u ta' l-amministrazzjoni civili tal-Qrati.
F'dan is-seminar gew diskussi numru ta' oqsma fil-procedura b'emfazi partikolari fuq il-process introdott dwar smiegh ta' kawzi. Rizultat immedjat ta' dan is-seminar kienet il-hatra ta' Mhallef u ta' Magistrat. Barra minn hekk, kien hemm qbil unanimu li jinhatar Advisory Committee ghall-Qrati biex jaghmel monitoring kontinwu u jressaq rakkomandazzjonijiet ghat-titjieb tal-Ligi ta' Procedura u l-amministrazzjoni generali tal-Qrati.
Dan l-Advisory Committee huwa maghmul minn:-
L-Imhallef Noel Arrigo B.A., LL.D. bhala Chairman.
Il-Magistrat Dennis Montebello B.A., LL.D.
Il-Professur Rene` Cremona (President tal-Kamra ta' l-Avukati).
Dr Peter Grech LL.D. (Mill-ufficcju ta' l-Avukat Generali)
Dr Anna Mallia LL.D. (Mill-ufficcju ta' l-Avukat Generali)
Dr Kevin Aquilina LL.D. Assistent Registratur Principali
Il-Professur Ian Refalo LL.D.
Dr Philip Sciberras LL.D.
Dr Hugh Peralta LL.D.
Mr Edgar Montanaro L.P. - Vici-President Kamra tal-Prokuraturi Legali
Dan l-Advisory Committee ser jkollu l-inkarigu li:-
- Jidentifika dawk l-artikoli tal-Ligi ta' Procedura Civili li qeghdin joholqu problemi fl-implimentazzjoni taghhom.
- Jissugerixxi mizuri, kemm legislattivi kif ukoll amministrattivi, biex tissahhah l-amministrazzjoni tal-gustizzja, b'mod partikulari li l-gustizzja ssir fi zmien ragjonevoli.
- Jorganizza ahjar l-Istitut tal-Master.
- Jidentifika dawk il-mizuri amministrattivi li jridu jittiehdu u jigu implimentati biex tissahhah l-amministrazzjoni civili tal-Qorti.
- Jissugerixxi emendi ghar-Rules of Courts ezistenti.
- Jissugerixxi emendi jekk jinhass il-bzonn ghall-Kodici ta' Procedura bil-ghan li l-proceduri jithaffu aktar.
Il-quorum tal-laqghat ta' dan il-Kumitat ikun ta' sitta, biex b'hekk ikun aktar flessibli u jiffunzjona ahjar. Il-Kumitat huwa mistenni li jaghmel rapport ta' l-anqas darba kull sitt xhur li jigi mghoddi lill-President tal-Qorti u lill-Ministru.
Fid-dawl tal-fatt li fuq il-kostituzzjoni ta' dan il-Kumitat hawn qbil shih bejn kull min huwa koncernat nistennew li jsir analizi tal-Amministrazzjoni tal-Gustizzja b'mod mahsub u gradat, biex ikun jista' jitfassal pjan ghat-titjieb fil-Qrati taghna. Kull suggeriment ikun irid jinkludi wkoll pjan ta' implimentazzjoni.
Dan flimkien ma' mizuri digà fil-process ta' implimentazzjoni, bhal ma hija il-Qorti tal-Familja, it-twaqqif ta' Centru tal-Arbitraggi, ir-riallokazzjoni tar-Registru tal-Qorti ghal fejn hemm l-Ghassa tal-Pulizija llum, ( qed jigi wkoll identifikat bini li jista' jipprovdi aktar spazju), ghandu kollettivament jghin biex jithaffef aktar ix-xoghol tal-Qorti, u naslu ghall-sistema halli il-kawzi jigu amministrati ahjar.
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901