Left arrow Go Back

L-Ewwel laqgha tal-Bord Konsultattiv dwar is-Sajd

pr1049
Date Icon 03/06/1997

Matul dawn l-ahhar erba' xhur gew irrangati tmintax-il slipway sabiex ma ssirx hsara lill-opri tal-bahar tas-sajjieda. Huwa mistenni li t-talbiet ghax-xoghlijiet fuq tmien slipways pendenti jkomplu din is-sena u d-diehla.

Dan intqal lill-membri tal-Bord tas-Sajd meta l-bierah gew indirizzati mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, l-Onor Noel Farrugia.

Il-Ministru tkellem dwar aggornamenti li jehtiegu r-regolamenti tal-ligi tas-sajd. Huwa gharraf lill-membri tal-Bord li ufficjali tad-Dipartiment tas-Sajd ilhom jahdmu ghal dawn l-ahhar tlett xhur sabiex iressqu numru sostanzjali ta' rakkomandazzjonijiet ghal dawn ir-regolamenti.

Huwa ressaq lill-Bord dawn il-proposti ta' regolamenti godda u talab lill-Bord sabiex jirrifletti fuq dawn ir-rakkomandazzjonijiet qabel jitpoggew fuq il-Mejda tal-Kamra tar-Rapprezentanti. Meta wiehed iqis li pajjizna ghadu jiddependi minn ligijiet tas-sajd li jmorru lura ghas-sena 1934, jifhem l-importanza tal-bzonn urgenti li dawn ir-regolamenti dwar il-ligi tas-sajd jigu fis-sehh.

Fid-dawl ta' dan ic-cittadin jistenna li l-hidma ta' dan il-Bord tghin lill-Gvern Malti jwettaq it-tibdiliet mehtiega sabiex tissahhah il-fiducja fl-industrija tas-sajd.

Il-Bord huwa ffurmat minn diversi persuni ta' esperjenza vasta fl-industrija tas-sajd. Fil-fatt ir-rapprezentanza f'dan il-Bord hija ffurmata minn sajjieda full-timers u part-timers, rapprezentanti tal-pitkala, xerrejja, Federazzjoni ta' l-Ghaqdiet Dilettanti tas-Sajd, tad-Dipartiment, kif ukoll mis-servizz veterinarju.

Il-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, zied ighid li ser iniedi progett innovattiv biex isahhah l-edukazzjoni u t-taghrif fost l-istudenti u zghazagh dwar is-sajd tradizzjonali, akwakultura u l-harsien tal-hajja f'qiegh il-bahar.

Biex jassistu lill-Ministeru fl-istadju preparattiv ta' dan il-progett, inhatru il-Prof. Carmelo Agius, is-Sur Michael Tanti u s-Sur Gejtu Muscat, li huwa sponsorjat mill-Bank of Valletta. Il-Ministru temm ighid li l-isfidi ghall-futur ta' din l-industrija f'pajjizna huma inkoragganti, bizzejjed wiehed jinnota li l-konsumatur Malti ghadu fost l-inqas popli li jikkonsma hut ras ghal ras.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

More Press Releases Right arrow