Left arrow Mur Lura

Il-Programm tal-Ministeru ghad-Djar jghaddi ghall-fazi ta' Riabilitazzjoni

pr1045
Date Icon 02/06/1997

Il-Ministeru ghad-Djar bhalissa qieghed iwettaq programm kbir ta' twaqqiegh ta' slums li minnu mistenni jipproduci mal-230 unit. Dan il-programm ta' xoghol, li hafna minnu nbeda f'dawn l-ahhar ftit xhur, jinkludi xoghlijiet fil-Belt, Bormla, l-Imsida u l-Furjana, filwaqt li hemm ukoll xoghol iehor li qed jigi ppjanat li jitwettaq f'Haz Zabbar.

Hu mistenni li, wara li jitlesta dan il-programm ta' twaqqiegh u b'hekk l-aghar problemi ta' slums u bini iehor sub-standard ikunu gew eliminati, il-Ministeru, kif qieghed jippjana diga', jibda fazi ohra fejn l-enfazi tkun aktar fuq rijabilitazzjoni u rigenerazzjoni. Fil-fatt din l-idea ta' rijabilitazzjoni diga' bdiet titwettaq anke fil-programm ta' twaqqiegh ta' slums, bhal ma' qieghed jigri fi Triq Sant'Ursula il-Belt, Valletta u Triq San Gwann, Bormla. Hawnhekk infatti gie deciz li l-faccati tal-bini jigu ppreservati.

Il-hidma tal-Ministeru f'dik li hi rigenerazzjoni u rijabilitazzjoni se tkun koncentrata l-izjed fiz-zona tal-Port il-Kbir, jigifieri l-Furjana, il-Belt u l-Kottonera u se jkollha bhala ghan ahhari li din iz-zona terga' tibda ssir attrajenti wara snin ta' abbandun li gab mieghu l-harba ta' nies minn dawn l-inhawi.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow