Left arrow Mur Lura

Il-Malta Hospice Movement jilqghu lill-Ministru Michael Farrugia

pr1041
Date Icon 02/06/1997

Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiet tal-Familja, Dr Michael Farrugia u s-Sinjura tieghu, flimkien ma' ufficcjali tal-Ministeru kienu l-mistiedna mill-Malta Hospice Movement, f'Hal Balzan sabiex jiltaghqu mal-pazjenti, mal-haddiema, kif ukoll ma' xi volontieri.

Il-Ministru Farrugia kien imdawwar mal-post mic-Chairperson, Ms Claudia Taylor East li ghamlet l-introduzzjonijiet mal-pazjenti.

F'kelmtejn li ghamel il-Ministru Farrugia qal kemm huwa importanti li ghaqdiet u assocjazzjonijiet, kif ukoll gruppi ta' volontiera, jahdmu flimkien sabiex jittejjeb l-ambjent ta' cittadini li jkollhom mard parikolari u bzonnijiet partikolari.

Bejn il-Gvern u l-Non Government Organizations (NGOs') ir-relazzjonijiet huma tajbin u kull grupp ikollu bzonn ghajnuna differenti bejn flus, oggetti u affarijiet ohra.

Il-Ministru Michael Farrugia qal li l-gruppi volontarji li huma konnessi mas-settur tas-sahha, jinghataw l-ispazju kollu halli jahdmu. Il-hsieb tal-Gvern hu li jigi mmodernizzat l-iSptar Boffa u li ssir ir-ristrutturazzjoni necessarja. Huwa kompla li meta jigi mtejjeb l-ambjent u l-mod professjonali kif jigu iffaccjati l-problemi li jgib il-mard ikun il-pazjent li jkun qieghed igawdi.

Il-Ministru Farrugia qal ukoll li se tintbaghat persuna teknika li tista' tghin aktar fi tqassim ta' l-iSptar Boffa u sabiex is-servizz offrut ikun mill-ahjar.

Dr. Farrugia fl-ahhar irringrazzja lill-Hospice Movement u lic-Chairperson, Ms Taylor East ta' l-istedina u tal-laqgha li kellu.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow