Bzonn ta' strutturi godda ghas-settur tat-toroq f'pajjizna
PR1014
30/05/1997
L-impenn tal-Gvern li jdahhal strutturi godda u jintroduci r-riformi necessarji ghas-settur tat-toroq f'pajjizna ma jinvolviex biss id-Dipartiment tat-Toroq li jifforma parti mid-Divizjoni tax-Xoghlijiet Pubblici imma jinvolvi ukoll l-operaturi kollha l-ohra f'dan is-settur. Dan qalu il-Ministru ghax-Xoghlijiet Pubblici u Kostruzzjoni, il-Perit Charles Buhagiar, waqt id-diskors ta' l-eghluq f' seminar organizzat mill-kumpanija Asfaltar Ltd. rigward l-uzu ta' qatran naturali gdid imsejjah "Gussasphalt".
Fost ir-riformi u strutturi godda mehtiega hemm il-bzonn li:
| Dan is-settur jigi msahhah billi jinstabu s-servizzi ta' inginiera | mharga fix-xoghol tat-toroq (road engineers). Ghal dan il-ghan il-Gvern qieghed fl-istadju li jikkonkludi ftehim ma' konsulenti barranin bil-ghan li jipprovdu soluzzjoni "short term" billi jaghtu is-servizzi taghhom lid-Dipartiment tat-Toroq. Dawn l-inginiera, li wiehed minnhom ikun specjalizzat fid-disinn u l-iehor fil-kostruzzjoni, se jintalbu wkoll jaghtu kontribut ghall-soluzzjoni "medium/long term" billi jghallmu l-istudenti ta' l-Inginerija Civili fi hdan l-Universita' ta' Malta halli dawn ikunu jistghu jispecjalizzaw bhala "road engineers" |
| "Irid isir studju kif il-materjali lokali jistghu jintuzaw ta' | l-ahjar mod fil-kostruzzjoni tat-toroq. Ma jistghax ikun li nibqghu nikkuppjaw dak li jsir barra minn Malta meta l-materjali ta' pajjizna ghandhom certu limitazzjonijiet strutturali. |
| Trid tigi regolata s-sitwazzjoni li tezisti illum fejn kull tip ta' | vettura ta' kwalunkwe toqol tuza' liema toroq trid. Dan ghaliex mhux possibli li tiddisinja t-toroq taghna ghal l-aktar piz tqil ta' vettura li tezisti. Id-Dipartiment tat-Toroq diga' hejja rapport dwar l-"axle loading" u fuq bazi ta' dan ir-rapport trid issir ir-regolamentazzjoni mehtiega". |
| Problema ohra li trid tigi ittrattata hija l-problema ta' l-ilma | tax-xita fit-toroq (stormwater). Apparti l-inkonvenjent kbir li tohloq din is-sitwazzjoni dan l-ilma jaghmel hsara kbira ghax jekk isib xi xquq fit-tarmac dan jghaddi u jispicca fil-pedamenti tat-triq, jahsel l-irdim fil-pedamenti u t-triq tispicca ccedi. |
| Il-Gvern diga' beda jhejji l-preparamenti ghal "National | Stormwater Master Plan" li wiehed mill-ghanjiet principali tieghu hu l-provvediment ta' "stormwater drainage" fit-toroq taghna. |
| Mizura ohra li trid tittiehed hi l-introduzzjoni ta' "Rapid | Maintenance Techniques". Permezz ta' dawn il-metodi ta' manutenzjoni t-toroq jigu msewwija qabel ma ssir tant hsara li jkollhom bzonn xoghol estensiv ta' rijabilitazzjoni. |
| Il-Gvern se jimpenja ruhu sabiex flimkien ma' l-operaturi f' dan | is-settur li huma organizzati fir-Road Contractors Federation, jaghti l-possibilita' lill-haddiema f' dan is-settur li jinghataw t-tahrig specjalizzat biex b' hekk jigi mtejjeb is-servizz li jinghata. |
| Hu ttamat li permezz ta' dawn l-istrutturi u mizuri li se jittiehdu, | ix-xoghol estensiv li jrid jitwettaq fit-toroq taghna li hu mahsub li jammonta ghal aktar minn 65 miljun lira, jkunu jista' jigu fformulati pavement management systems li jizguraw li x-xoghol li jsir ikun ta' kwalita tajba li tissodisfa l-htiegijiet ta' socjeta' moderna. |
Other Press Releases:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901