Left arrow Mur Lura

Il-Gvern se jibqa' jikkonsulta ma' l-Ghaqdiet tan-Negozju dwar is-sistema l-gdida ta' tassazzjoni sa' l-1 ta' Lulju

PR1013
Date Icon 30/05/1997
Fil-gimghat li gejjin il-Gvern se jibqa' jikkonsulta ma' l-ghaqdiettan-negozju sakemm fl-1 ta' Lulju tidhol is-Sistema l-Gdida ta' Tassazzjoni minflok it-taxxa tal-VAT. Dan qalu l-Prim Ministru, Dr. Alfred Sant, waqt laqgha ta' informazzjoni ghas-self-employed f'Haz Zebbug. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern se jkompli bil-process ta' konsultazzjoni bil-ghan li s-Sistema l-Gdida tkun tabilhaqq taqbel ghall-htigijiet ta' pajjizna.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern qieghed jaghti prova wara l-ohra lihuwa impenjat li jaghmel l-affarijiet bis-serjeta' u b'diskussjoni ma' l-ghaqdiet tal-kummerc, ta' l-industrija tal-manifattura, ma' l-Assoccjazzjoni ta' Min Ihaddem u mat-trade unions. Ghall-ewwel darba, qal il-Prim Ministru, bdew jinhargu avvizi legali f'forma ta' abbozz fil-Gazzetta tal-Gvern biex jigu miflija mill-ghaqdiet koncernati. Il-Gvern diga' ppubblika l-abbozz ta' sitt avvizi legali u fil-granet li gejjin mistennija johorgu aktar abbozzi. Dan se jsir biex il-Gvern ikun jista' jirfinahom u jtejjibhom fl-interess tal-kummerc u tan-negozju, wara li jkun ircieva l-kummenti tas-setturi interessati.
Il-Prim Ministru qal li sa mill-bidu li nbeda l-process biextinbidel il-Ligi tat-Tassazzjoni l-Gvern ikkonsulta lill-Korpi Kostitwiti kollha interessati u talab minghandhom suggerimenti u proposti kif din il-ligi tkompli zzid ir-ritmu ta' l-attivita' kummercjali fil-pajjiz. Dr.Alfred Sant qal li l-Gvern laqa' parti sostanzjali tal-proposti li ressqu l-Korpi Kostitwiti u esprima l-apprezzament tal-Gvern ghall-kooperazzjoni u l-ghajnuna li sab minn kulhadd f'dan il-qasam. Il-Prim Ministru qal li l-Gvern japprezza kull proposta ghal titjib fis-sistema ta' Tassazzjoni.
Il-Prim Ministru gie mistoqsi biex jaghti r-reazzjoni tieghughall-kritika ta' l-Oppozizzjoni li bis-Sistema l-Gdida se jbati kulhadd. Dr. Sant - waqt li enfasizza li dawn kienu laqghat ta' informazzjoni u mhux ta' kontroversja politika - qal li ma jistghax ikun li bis-Sistema l-Gdida jbati l-Gvern, in-negozjant u l-konsumatur f'daqqa kif qed tallega l-Oppozizzjoni. Bit-tbatija ta' xi hadd bilfors li jgawdi haddiehor u dan juri kemm l-Oppozizzjoni mhix cara dwar il-kritika taghha ghas-Sistema l-Gdida ta' Tassazzjoni.
Il-Prim Ministru qal li l-Gvern kien qed jikkonsidra diversi oqsmafejn materja prima ghall-manifattura bhal fil-kaz ta' l-injam u l-karta tigi ezentata mid-dazju. Dr. Sant qal li s-Sisa ta' 5% fuq il-bejgh (turnover) ma tghoddx ghar-retailers. Sar maghruf ukoll li flimkien mal-lotterija ghal dawk li jkollhom ricevuta bil-cash register, qed tigi studjata proposta ghal lotterija ohra abbinata ma' l-ircevuti fiskali mhux maghmula bil-cash register. Mix-xahar id-diehel se jizdied ukoll it-taghrif bil-posta dwar is-Sistema l-Gdida waqt li zdiedu l-linji tal-freephone fuq in-numru 160 biex jinghata taghrif b'xejn fuq it-telefon dwar is-Sistema l-Gdida.
Ghal din il-laqgha attendew ukoll il-Ministru tal-Finanzi u KummercLeo Brincat, is-Segretarju Parlamentari ghas-Self-Employed Gavin Gulia, is-sur Joe Portelli mid-Dipartiment tal-Finanzi, is-sur Anthony Pavia, Kontrollur tad-Dwana. Nhar it-Tlieta se ssir laqgha ohra simili fil-Lukanda Phoenicia, il-Furjana mahsuba primarjament ghas-self-employed tal-Belt Valletta, il-Furjana, il-Marsa u l-Hamrun.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow