Left arrow Mur Lura

Is-Sistema l-gdida ta' tassazzjoni se taghti nifs gdid lill-Ekonomija

PR1010
Date Icon 29/05/1997

Is-Sistema l-gdida ta' Tassazzjoni se taghti nifs gdid lis-settur industrijali u lis-settur kummercjali. Kuntarju ghal dak li qed tipprova timplika l-Oppozizzjoni, is-Sistema l-gdida se tnaqqas il-piz tat-taxxa lil hafna negozji, partikolarment is-self-employed iz-zghar, se tnaqqas drastikament ix-xoghol tal-karti li kien mehtieg taht is-sistema tal-VAT u l-ispejjez marbuta maghha. Is-sistema l-gdida se taghti inkoraggiment kbir lill-industrija lokali peress li hafna negozji li normalment jixtru l-htigijiet taghhom minn barra issa se jkun jaqblilhom jixtruhom lokalment peress li bis-Sistema l-gdida jinghataw lura 'refund' ta' 16%.

Is-sistema l-gdida se taghmel it-turizmu lokali aktar kompetittiv. Filwaqt li taht is-Sistema tal-VAT is-settur turistiku kien mghobbi bi 15% u 10% taxxa, issa se jhallas biss 5% . Barra minn hekk il-lukandi se jkunu intitolati ghal 'refund' ta' 12% fuq prodotti li jixtru lokalment.

Is-Sistema l-gdida ta' Tassazzjoni se tohloq aktar attivita'kummercjali, aktar xoghol, aktar impjiegi u aktar gid. Dan diga' beda jinhass fis-settur turistiku bil-mizuri li kien ha l-Gvern il-gdid fil-Budget u liema mizuri komplew jissahhu bil-Ligi l-gdida tat-Taxxa tad-Dwana u Sisa.
Il-Gvern il-gdid ghandu mandat elettorali li jnehhi t-taxxa tal-VATbiex minflokha jdahhal sistema ta' taxxa ta' Dwana u Sisa li taqbel ghall-htigijiet ta' pajjizna. Minkejja dan il-mandat elettorali, il-Gvern il-gdid kellu diskussjonijiet ma' kull settur tal-kommunita' kummercjali u mat-trade unions. Dan huwa ghall-kuntrarju ta' kif kienet iddahhlet it-Taxxa tal-VAT meta l-gvern precedenti kien impona din is-Sistema minghajr l-ebda konsultazzjoni u diskussjoni ma' hadd.
Il-gvern precedenti kien impona wkoll il-giljottina fil-Parlamentwaqt id-diskussjoni dwar il-Ligi tal-VAT. Tant hu hekk li nofs il-Ligi tal-VAT ma kellhiex cans tigi diskussa. Ghall-kuntrarju, il-gvern il-gdid alloka l-hin kollu lill-Oppozizzjoni biex tkun tista' tiddiskuti l-ligi l-gdida ta' Tassazzjoni. L-Oppozizzjoni ma utilizzatx il-hin offrut lilha, tant li kien biss l-Onor. John Dalli li tkellem dwar il-Ligi l-gdid fit-Tieni Qari tal-Ligi. Huwa inutli li issa l-Oppozizzjoni tipprova taqbad mad-dettalji tal-Ligi, wara li ma utilizzatx il-hin li kellha ghad-dispozizzjoni taghha fil-Parlament. Bl-atteggjament taghha fil-Parlament u barra minnu, il-poplu qed ikompli jintebah kemm l-Oppozizzjoni mhix ippreparata biex tagixxi bhala Oppozizzjoni kostruttiva.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow