Left arrow Mur Lura

Il-Ministru Michael Farrugia jigi pprezentat bil-Kodici ta' Etika ta' l-Infirmiera u Qwiebel

PR1009
Date Icon 29/05/1997
Il-Ministru ghas-Sahha, Kura ghall-Anzjani u Affarijiettal-Familja, Dr Michael Farrugia gie pprezentat bil-ktejjeb tal-Kodici ta' Etika ta' l-Infermiera u Qwiebel minn Dr Dennis Soler.
Il-Kodici ta' l-etika huma mod kif l-istess professjoni titfar-responsabbilta' fuqha innfisha li tirregola lill-membri taghha. Il-board ta' l-infermiera u l-qwiebel jaqa' taht il-provizzjoni tal-ligi tad-Dipartiment tas-Sahha Ordinanza Kap. 94, li jitfa' d-dmir fuq dan il-board li jzomm il-professjoni u l-istandards etici fuq l-oghla livell.
Il-Ministru Michael Farrugia rringrazzja lill-board prezentili hadem biex tlestew dawn il-kodici, kif ukoll lil dawk kollha li b'xi mod jew iehor ikkontribwew lejn it-tfassil ta' dawn il-kodici.
Il-kodici ta' etika jinkludu regolamenti ghall-infermiera ul-qwiebel specjalment fejn jirrigwardja sigrieti professjonali kif ukoll il-mod kif wiehed jittratta lill-pazjent ghax dan, fl-ahhar mill-ahhar, ghandu jigi l-ewwel u qabel kollox fis-settur tas-sahha. Barra minn hekk, il-pazjent ghandu jigi ttrattat bhala individwu, persuna bi problema, u mhux sempliciment numru f'sala. Huwa sahaq illi m'ghandux ikun hemm diskriminazzjoni bejn pazjent u iehor u li s-servizz ghandu dejjem jigi offrut bi tbissima.
Il-Ministru Farrugia sahaq fuq il-bzonn ta' teamwork bejnil-haddiema kollha f'kull qasam tas-settur tas-sahha u li jahdmu u juru rispett lejn il-haddiema shabhom.
Huwa qal ukoll li l-professjoni taghhom titlob li huma jzommuruhhom aggornati biex b'hekk ikunu aktar kompetenti f'xoghlhom.
Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow