Left arrow Mur Lura

Punti mid-Diskors tas-Segretarju Parlamentari ghall-Anzjani waqt il-ftuh tat-tielet Seminar organizzat mill-U.N. Institute on Aging

PR1006
Date Icon 29/05/1997
Nibda billi nifrah lill-organizzaturi tas-Seminar ghaliexqed iqajjmu kuxjenza qawwija dwar l-anzjani. L-anzjani jigu l-ewwel ghaliex huma nies li dejjem taw sehem qawwi lill-pajjiz. L-anzjani jigu l-ewwel ghal hafna nies; jigu l-ewwel ghal min jahdem maghhom, jigu l-ewwel ghall-familji taghhom, jigu l-ewwel ukoll ghal hafna ghaqdiet volontarji. Is-slogan tal-Gvern prezenti huwa "Ic-cittadin l-ewwel" u dan huwa aktar applikabbli ghall-anzjani.
L-informazzjoni li qed tohrog mill-progett Info-anzjan, ma hijaxejn inkoragganti. F'xi lokalitajiet fejn dan il-progett miexi sew, qed insibu li bejn 20% u 30% ta' l-anzjani qed jghixu wehidhom, mghobbijin b'hafna biza' u f'kundizzjonijiet degradanti. Din hija realta' li qed tohrog. Biex l-anzjani jigu l-ewwel irridu naraw dawn il-problemi u niehdu azzjoni immedjata.
Biex intaffu xi ftit mill-problemi ta' dawn l-anzjani fil-futurqarib ser tinfetah l-Extension tad-Dar ta' l-Imtarfa u d-Dar ta' Bormla. Dawn ser jilqghu fihom madwar 100 resident.
Fil-present bdejna sistema fejn dawk l-anzjani li ghandhom bzonnl-aktar kura residenzjali jinghataw prijorita'. Qed tinghata kull attenzjoni biex ir-residenti ta' l-Istituzzjonijiet jinghataw kull attenzjoni bl-aktar mod professjonali. Biex dan ikun possibli qed jithejja questionnaire sabiex ir-residenti kollha jkollhom l-opportunita' li jsemmu lehinhom.
Sfortunatament l-anzjani jigu l-ewwel ukoll mal-kriminali. Ta'sikwit nisimghu u naraw fuq l-ahbarijiet, li xi anzjani gew attakati, misruqa u msawta. Diga' kien hemm diskussjonijiet mal-Ministri koncernati sabiex pjan ta' azzjoni jigi stabbilit. Inkomplu ninsistu biex il-gustizzja tkun aktar iebsa ma' dawk il-kriminali li jinqabdu jaghmlu attentati fuq l-anzjani.

Hemm it-tendenza li l-anzjani jemarginaw rwiehhom u jaqghu lura. Irridu kontinwament niggieldu din il-kondizzjoni permezz ta' staff mharreg sew. Dawk in-nies li ghandhom bzonn ta' kumpanija ghandhom jkollhom prijorita' ta' servizzi bhal homehelp u Day Centres.

L-anzjani ghandhom jigu l-ewwel f'mohh kulhadd. Ghandha naghmlu s-socjeta' taghna aktar sensittiva lejn l-bzonnijiet ta' l-anzjani.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU  “Ejjew flimkien inkunu ta’ salvagwardja għall-preżent u l-futur tal-popli tagħna” – Il-Prim Ministru Robert Abela

PR261902

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI  Rekord ġdid ta’ attendenza għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb b’aktar minn 43,000 viżitatur

PR261901

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-ARTI, IL-KULTURA U L-WIRT NAZZJONALI Rekord...

Aktar Stqarrijiet Right arrow