Dr. Anton Refalo f'tahdidiet mal-Gozitano Agricultural Cooperative Ltd
PR1001
28/05/1997
| Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex, Dr Anton Refalo, kellu | laqgha ma' membri tal-Gozitano Agricultural Cooperative Limited, fl-ufficji tal-Koperattiva fix-Xewkija. Din il-Koperattiva ghandha msiehba maghha bdiewa Ghawdxin u l-iskop taghha huwa li tixtri l-prodotti agrikoli tal-membri u tbieghhom fis-suq. |
| Fil-laqgha li kellu ma' membri tal-Koperattiva, Dr Refalo ddiskuta | l-futur ta' din l-organizzazzjoni u kif din tista' ssahhah l-attivita' taghha. Fost l-affarijiet li qed jigu kkunsidrati hemm titjib fil-proceduri u l-hinijiet tal-Pitkalija tax-Xewkija u x-xiri ta' makkinarju biex il-Koperattiva tkun tista' twettaq f'Ghawdex il-grading tal-patata li tkun se tigi esportata. Din l-ahhar proposta ghadha trid tigi studjata biex ikun assigurat li l-investiment propost ikun vijabbli. |
| Il-Koperattiva ddiskutiet ukoll problemi ifrastrutturali | fil-propjeta' taghha li whud minnhom gew rimedjati f'dawn il-jiem wara intervent mis-Segretarju Parlamentari Anton Refalo, filwaqt li problemi ohra qed jigu kkunsidrati. |
Stqarrijiet Oħra:
PR261902
STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-PRIM MINISTRU “Ejjew flimkien inkunu ta’ salva...
PR261901