Left arrow Mur Lura

Il-Ministru ghad-Djar jiltaqa' mal-Kummissarju Gholi Awstraljan ghal Malta

pr0550
Date Icon 28/03/1997

Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, filwaqt li qal li f'Malta, 70 fil-mija tar-residenzi hija proprjeta' ta' min jokkupahom, appella biex dawk li jifilhu jibnu jew jixtru d-dar taghhom, ghandhom jaghmlu dan u mhux joqghodu jistennew lill-Gvern biex jaghmel dan ghalihom. Huwa fisser li b'dan il-mod ikun assigurat li jinqdew dawk l-aktar li ghandhom bzonn.

Is-Sur Portelli qal dan waqt laqgha li kellu mal-Kummissarju Gholi ta' l-Awstralja ghal Malta, Mr. Colin Willis, fil-Ministeru. Din kienet wahda miz-zjarat ta' kortesija li Mr. Willis qieghed jaghmel lil diversi Ministri tal-Gvern.

Il-Kummissarju Gholi, filwaqt li apprezza x-xoghol difficli li jrid jiffaccja l-Ministru, ferahlu ghall-hidma li qieghed iwettaq biex tittaffa l-problema tal-housing fil-pajjiz. Huwa qal li ilu fil-kariga madwar xahrejn u baqa' mistaghgeb bid-dhulija tal-poplu Malti u r-relazzjonijiet mill-qrib hafna li hemm bejn iz-zewg pajjizi.

Prezenti kien hemm ukoll is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti, Dr. Stefan Buontempo, Konsulent tal-Ministru u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the Paris Peace Forum, highlighting the importance of protecting children in the digital world and strengthening democracy and security through international cooperation

PR261894en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peace Forum u jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali u tat-tisħiħ tad-demokrazija u s-sigurtà permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali

PR261894

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow