Is-Segretarju Parlamentari ghal Ghawdex Anton Refalo jiltaqa' mal-Kumitat tar-Rahhala
Is-Segretarju Parlamanetari ghal Ghawdex l-Onor Dr. Refalo kellu l-ewwel laqgha mal-Kumitat tar-rahhala fir-razzett Esperimentali tal-Gvern fix-Xewkija Ghawdex.
Mill-interventi taghhom ir-rahhala spjegaw il-problemi ewlenin li qed ihabbtu wicchom maghhom fosthom il-bejgh tac-canga lis-sensar. Dawn qeghdin jitolbu prezz garantit bhal fil-kaz kif tigi imhaddma is-sistema tal-majjali, jigifieri il-Gvern jixtrih min ghand ir-rahhala bi prezz garantit, skond il-grading tal-veterinarju tal-Gvern.
Fuq inizjattiva ta' Dr Refalo ghandha tigi migbura lista ta' bzonnijiet li jezistu fl-irziezet tar-rahhala, biex eventwalment tigi imressqa lill-Awtorita ta' l-Ippjanar.
Gie diskuss anke kif permezz ta' hatra ta' Bord maghmul min diversi ufficjali tad-Dipartimenti tal-Gvern ikkoncernati taht is-sorveljanza tas-Segretarjat Parlamentari ghal Ghawdex tista' tigi iddentifikata area bi skop ta' bini ta' rziezet ghal dawk ir-rahhala bla permess.
Dr Refalo wieghed lir-rahhala kull ghajnuna possibli u jinsab f'hidma maghhom biex certi problemi jistghu jigu eliminati matul il-laqghat li gejjin.
Stqarrijiet Oħra:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894