L-Ambaxxatur ta' Franza ghal Malta jzur lill-Ministru ghad-Djar
L-Ambaxxatur tar-Repubblika ta' Franza, Mr. Patrick Amiot, illum wara nofsinhar ghamel zjara ta' kortesija lill-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli. L-Ambaxxatur wera interess kbir fil-hidma li qieghed iwettaq il-Ministeru fil-qasam tal-housing.
Il-Ministru qal li l-Ministeru wiret eluf ta' applikanti li jridu akkomodazzjoni alternattiva. Huwa qal li fost dawn hemm nies li jinsabu verament fil-bzonn peress li qieghdin jghixu f'kondizzjonijiet hziena.
Huwa sostna li biex tittaffa din il-problema, il-Ministeru qieghed ukoll jistieden lis-sidien privati ta' proprjeta' battala biex jigu 'l quddiem bil-proposti taghhom dwar x'jahsbu li huma l-ahjar kondizzjonijiet biex jiddisponu mill-proprjeta' taghhom ghal skopijiet ta' housing.
Il-Ministru fisser lill-Ambaxxatur il-politika tal-Gvern. Il-Ministru jinsisti li min jiflah jibni jew jixtri hu, ghandu jaghmel dan hu u mhux il-Gvern, inkella l-element ta' gustizzja socjali jispicca. L-Ambaxxatur wera x-xewqa li jigu esplorati xi tip ta' koperazzjoni bejn Malta u Franza fil-qasam tal-housing.
Prezenti waqt din il-laqgha kien hemm ukoll is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Segretarju Permanenti u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali tal-Ministru.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en