Left arrow Mur Lura

Il-Ministru tat-Turizmu jmur Moska

pr0539
Date Icon 26/03/1997

Il-Ministru tat-Turizmu, l-Perit Karmenu Vella flimkien ma` Ufficjali tal-Organizzazzjoni Nazzjonali tat-Turizmu u ta` l-Air Malta illum hallew Malta fi triqthom lejn Moska, fejn se jattendu r-raba' edizzjoni tal-MoscowInternational Travel and Tourism Show (MITT '97), li qed ssir bejn is-26 u d-29 ta' Marzu.

Matul iz-zjara tieghu l-Ministru Karmenu Vella se jiltaqa` mal-Ministru tat-Turizmu Russu kif ukoll ma` ufficjali gholja tal-kumpanija ta' l-ajru Aeroflot. Huwa mistenni li l-Ministru Vella jiltaqa' ma diversi Tour Operators Russi bl-intenzjoni li jinstabu l-ahjar mezzi biex jitjieb is-suq turistiku Russu lejn Malta.

Il-Ministeru tat-Turizmu flimkien mad-Dipartiment ta' l-Avjazzjoni Civili u l-Awtoritajiet tal-Pulizija, kif ukoll l-agenti ta' l-ivvjaggar Maltin, dan l-ahhar waslu fi ftehim sabiex turisti Russi jew Ukraini jkunu jistghu jinghataw il-visa mal-wasla taghhom f'Malta. Dan il-ftehim mistenni jkun ta' ghajnuna kbira biex jizdied in-numru ta' turisti Russi li mistennija jzuru pajjizna. Matul l-1996 in-numru ta' turisti Russi li gew Malta kien ta' tlettax-il elf.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’aktar attrazzjonijiet għall-familja kollha

PR261895

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the Paris Peace Forum, highlighting the importance of protecting children in the digital world and strengthening democracy and security through international cooperation

PR261894en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...

Aktar Stqarrijiet Right arrow