Htiega ta' iktar taghrif dwar House Loans
Il-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, appella lill-Banek u Istituzzjonijiet Finanzjarji biex waqt li jaghtu izjed pubblicita' dwar l-iskemi li ghandhom ta' "house loans", jaraw ukoll xi skemi ta' incentivi jistghu joffru biex aktar nies jidhlu biex jibnu jew jixtru id-dar taghhom privatament. Dan bil-ghan li s-settur privat jigi imhajjar aktar halli johrog il-proprjeta' tieghu fis-suq, billi biex tigi indirizzata il-htiega ta' housing, huwa mehtieg u mixtieq is-sehem tal-privat
Il-Ministru qal illi skemi ta' ghajnuna jistghu jigu imfassla anke ghal dawk li jridu jixtru d-djar qodma tal-privat biex b'hekk, waqt li ma' jithallewx lokalitajiet isiru cimiterju, wiehed ikun qieghed ukoll jibza' ghall-art.
Il-Ministru ghamel dan l-appell waqt laqgha li kellu mac-Chairman tal-APS Bank, is-Sur Alfred Farrugia, fil-Ministeru, Beltissebh. Is-Sur Farrugia gharaf il-validita' ta' dak li qal il-Ministru.
Prezenti ghal din il-laqgha kien hemm is-Segretarju Permanenti fil-Ministeru, is-Sur Alfred Fiorini Lowell, il-Konsulent tal-Ministru Dr. Stefan Buontempo, id-Direttur tad-Dipartiment ta' l-Akkomodazzjoni Socjali s-Sur Carmel Esposito, il-General Manager ta' l-Awtorita' tad-Djar is-Sur Victor Sciberras Grioli u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali tal-Ministru.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894