Hidma biex tigi organizzata l-Industrija tat-Tjur
Numru ta' produtturi tat-tigieg ghall-laham (broilers) u tat-tigieg ghall-bajd (egglayers), papri, dundjani u summien, s'issa nnotifikaw lid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji bl-attività taghhom f' din l-industrija.
Dawn il-produtturi marru jinnotifikaw wara' laqgha li saret ghalihom nhar il-Gimgha, 14 ta' Marzu 1997, li fiha gew indirizzati mill-Ministru tal-Biedja u Sajd, Noel Farrugia, fejn huwa heggighom biex jinfurmaw lid-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji bin-numru ta' broilers u tigieg ghall-bajd u tjur ohra li huma jrabbu, biex l-industrija tat-tjur f' pajjizna tibda tigi mmexxija b' mod organizzat fuq sisien soda.
Il-Ministru Farrugia spjega li fil-mument id-Dipartiment tas-Servizzi Veterinarji m' ghandux recordsaggornati ta' min huma il-produtturi u kemm irabbu. Fl-istess waqt hemm numru ta'produtturi li qeghdin irabbu minghajr permess u fl-istess waqt, jipprocessaw it-tigieg taghhom wkoll minghajr permess. Dan qed johloq problemi kbar f' din l-industrija, tant li f' dawn l-ahhar xhur l-akbar zewg processuri f'pajjizna li kienu jipprocessaw 'il fuq min 50,000 broiler fil-gimgha, waqfu mill-attivita taghhom u b' hekk holqu problemi kbar ghal dawk il-produtturi li kienu jrabbu skond il-ligi u jipprocessaw il-broilers taghhom ghandhom.
Il-Ministru Farrugia enfasizza l-htiega li f' din l-industrija jkun hemm aktar kontroll biex la jkun hemm produzzjoni zejda u lanqas ma tinholoq xi skarsezza. Dan huwa fl-interess tal-produtturi nfushom li jinvestu flejjes kbar f' din l-industrija.
Ghalhekk il-Ministru Farrugia heggeg lil dawk il-produtturi li s'issa ghadhom ma marrux jinnotifikaw lid-Direttur tas-Servizzi Veterinarji, biex jaghmlu dan mill-aktar fis possibli u mhux aktar tard mil-5 ta' April 1997.
Il-Ministru rrifera wkoll ghall-Kumitat ta' Azzjoni li gie mahtur minn ufficjali mid-Dipartiment tal-Biedja, Servizzi Veterinarji, Sahha, Konsumaturi u tal-Pulizija biex flimkien ma' rapprezentanti tal-produtturi jfasslu pjan ta' azzjoni biex fl-iqsar zmien possibbli l-industrija tat-tjur titpogga fuq saqajha ghall-gid tal-produtturi kif wkoll tal-konsumaturi.
Stqarrijiet Oħra:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894