Left arrow Go Back

L-Avukat Edgar Mizzi dwar il-Kaz tal-Mcdonalds

pr0510
Date Icon 21/03/1997

L-Avukat Edgar Mizzi kiteb lill-Prim Ministru dwar allegazzjonijiet li saru fil-Kamra tar-Rapprezentanti li huwa seta' kellu xi konflitt ta' interess fil-kaz tal-McDonalds. Fl-ittra tieghu ta' l-20 ta' Marzu , l-Avukat Mizzi qal li hass li kellu jikteb lill-Prim Ministru dwar xi domandi li saru lill-Prim Ministru fil-Kamra tad-Deputati wara l-istqarrija tal-Prim Ministru fejn gie suggerit li fil-kaz tal-McDonalds, Dr. Mizzi kellu xi konflitt ta' interess peress li l-kuntratt ta' kiri bejn dawk l-organizzazzjonijiet gie redatt mit-tifel tieghu bhala avukat.

L-Avukat Mizzi qal lill-Prim Ministru li qatt ma hass li dan il-fatt kien johloq xi konflitt ta' interessi, ghaliex avukat ma jkollux interess personali fil-kwistjoni li dwarha jaghti pariri. Ghalhekk, qal l-Avukat Mizzi, ma jkunx hemm konflitt ta' interessi meta membri ta' l-istess familja jsibu ruhhom avukat wiehed ta' parti u l-iehor tal-parti l-ohra.

L-Avukat Mizzi qal li din hija haga li tigri hafna drabi u ma tqajjem l-ebda diffikultĂ  lanqas meta, per ezempju, avukat jidher f'kawza fejn l-Imhallef huwa missieru. L-istess ligi ma tarax li jista' jkun hemm xi konflitt ta' interessi f'dan il-kaz. Dawn huwa hwejjeg li avukat imissu jafhom sewwa, qal l-Avukat Mizzi lill-Prim Ministru.

Barra minn hekk, qal l-Avukat Mizzi, anke kieku kellu xi konflitt ta' interess fil-kuntratt li kiteb it-tifel tieghu, dan l-interess kien ikun li jiddefendi dak li sar, haga li huwa ma ghamilx.

L-Avukat Mizzi kien gie mitlub mill-Prim Ministru fis-17 ta' Jannar 1997 biex jaghti l-pariri tieghu dwar ghadd ta' kazi ta' allegata korruzzjoni, ta' abbuz ta' poter u ta' decizjonijiet amministrattivi importanti li ma ittihdux skond normi ta' responsabbiltĂ , prudenza u accountability serja, kif tqajmu mill-Oppozizzjoni Laburista fis-snin ta' qabel l-Elezzjoni ta' Ottubru 1996. Dawn il-kazi kienu jinkludu il-kiri tal-parti ta' isfel tal-Klabb ta' Birkirkara lill-kumpanija McDonalds

tal-familja Hili, meta l-bini kien inghata lill-klabb b'cens nominali biex jintuza esklussivament ghal skopijiet sportivi.

L-Avukat Edgar Mizzi kien baghat il-parir tieghu dwar il-kaz tal-McDonalds lill-Prim Ministru fl-14 ta' Frar 1997. L-Avukat Mizzi kien qal li 'l-allegazzjoni principali ta' l-Oppozizzjoni Laburista hija li dak li sar b'abbuz ta' poter, li d-decizjoni kienet ittiehdet kienet wahda mehuda minghajr ir-responsabbiltĂ  dovuta, u kollox sar biex tigi moqdija l-familja Hili.' L-Avukat Mizzi kien qal li 'fl-opinjoni tieghi dawn huma konkluzjonijiet minn fatti li m'humiex bhala tali, kontestati' u kien ikkonkluda li ma kienx hemm lok ghal aktar investigazzjonijiet.

Annessa ma' din l-istqarrija qed titqassam l-ittra ta' l-Avukat Edgar Mizzi lill-Prim Ministru.

Share this Press Release Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Other Press Releases:

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSUMER PROTECTION  MCCAA signs new Collective Agreement delivering substantial improvements in salaries, employee benefits and professional development opportunities

PR261917en

PRESS RELEASE BY THE MINISTRY FOR EUROPEAN FUNDS, SOCIAL DIALOGUE AND CONSU...

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZZJONI TAL-KONSUMATUR  L-MCCAA tiffirma Ftehim Kollettiv ġdid li se jwassal għal titjib sostanzjali fis-salarji, fil-benefiċċji tal-impjegati u opportunitajiet imsaħħa ta’ żvilupp professjonali

PR261917

STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-FONDI EWROPEJ, ID-DJALOGU SOĊJALI U L-PROTEZ...

More Press Releases Right arrow