Laqgha tad-Deputat Prim Ministru George Vella mal-Malta Gardens Association
Id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent, Dr George Vella, kellu laqgha mal-Malta Gardens Association, nhar it-Tnejn, 17 ta' Marzu 1997.
Fil-laqgha s-Sur Peter Calamatta, President ta' l-Assocjazzjoni, tkellem fuq ghadd ta' problemi li qed jiffaccjaw dawk li qeghdin f'dan ix-xoghol.
Huwa semma' kif l-Awtorita ta' l-Ippjanar qed tiehu attitudni estrema anke fejn jidhol it-twahhil tal-pjanti u l-burokrazija esagerata min-naha tad-Dwana li qed tkun ta' detriment finanzjarju ghall-importaturi tal-pjanti. Huwa ilmenta li minkejja d-diversi laqghat li l-Assocjazzjoni kellha mal-Gvern precedenti baqa' ma sar xejn. Dan minkejja li dan it-tip ta' negozju ghandu turn over ta' Lm 4 Miljun Lira fis-sena u jhaddem 350 haddiem b'mod dirett. Is-Sur Calamatta talab ghad-direzzjoni rigward il-manutenzjoni tal-gonna b'kuntratt.
Fit-twegiba tieghu d-Deputat Prim Ministru qal li xi punti mqajjma ma jaqghux taht il-Ministeru tieghu. Semma' kif l-Awtorita' ta' l-Ippjanar qeghda hemm biex tghin ghalkemm huwa konxju min-nuqqas ta' personnel kwalifikat.
Id-Deputat Prim Ministru rrefera ghall-kwistjoni tal-kuntratti u qal li ghalkemm jidher, li kien hemm tberbieq ta' flus, anke f'dan il-qasam din il-kwistjoni ghadha ma gietx diskussa.
L-Assocjazzjoni ghandha tissottometti rapport dettaljat fuq il-policy li jidrilha ghandha tkun addotatta.
Stqarrijiet Oħra:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894