Il-Prim Ministru f'Laqgha ma' delegazzjoni ta' l-E.F.T.A.
Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant dalghodu kellu laqgha f'Kastilja ma' delegazzjoni ta' l-European Free Trade Area li giet Malta ghal tahditiet dwar ftehim li jista' jsir bejn Malta u l-EFTA.
Id-delegazzjoni kienet immexxija mill-Ambaxxatur William Rossier, President tal-Kunsill ta' l-EFTA, Mr Kjarton Johannsson, Segretarju Generali ta' l-EFTA u Mr Jean Francois Riccard, Chairman tal-Kumitat ghal Relazzjonijiet ma' Pajjizi Terzi.
Waqt il-laqgha, il-Prim Ministru spjega kif il-Gvern Malti qed ifittex li jkollu l-ahjar rabta bejn Malta u l-Unjoni Ewropea, li tkun fl-interess taz-zewg nahat. Malta tiehu ukoll sehem shih kemm fil-Kunsill ta' l-Ewropa u kemm fl-Organizzazzjoni ghall-Koperazzjoni u s-Sigurta' fl-Ewropa. F'dan il-qafas tal-politika Ewropea, tkun haga tajba li Malta jkollha rabtiet mill-qrib ukoll ma' l-EFTA permezz ta' ftehim kummercjali xieraq.
L-Ambaxxatur Rossier fisser li d-delgazzjoni tieghu se tkun tista' tinforma lin-naha Maltija dwar il-bazi teknika li fuqha, skond il-fehma taghhom, ikun jista' jinbena ftehim bhal dan.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894