Il-Ministru George Vella f'Laqgha ma' l-Assocjazzjoni ta' bejjiegha li jarmaw fis-swieq
"L-idea ghat-twaqqif ta' Assocjazzjoni ghall-bejjiegha tal-Monti u ohrajn simili hija wahda pozittiva u ta' min ifahharha. Il-Ministeru tieghi huwa lest li jaghti l-koperazzjoni u l-ghajnuna kollha tieghu ghal din l-idea".
Hekk qal id-Deputat Prim Ministru u Ministru ta' l-Affarijiet Barraniin u ta' l-Ambjent f'laqgha li huwa kellu ma' rapprezentanti ta' din l-Assocjazzjoni, nhar il-Gimgha, 14 ta' Marzu 1997.
Matul il-laqgha, rapprezentanti ta' l-Assocjazzjoni spjegaw l-ghan tat-twaqqif ta' l-Assocjazzjoni u l-iskop tal-laqgha ma' Dr. George Vella. Huma elenkaw id-diversi problemi li l-bejjiegha qed jiffaccjaw, fosthom il-problema tal-hmieg li jithalla wara li jghalqu s-swieq u n-nuqqas ta' spazju. Huma qalu li dan huwa kagun tal-bejjiegha nfushom u tal-koncentrazzjoni qawwija ta' nies fl-istess post u fl-istess hin.
Waqt li sahqu ghall-edukazzjoni ta' kulhadd huma stqarrew li ma jaqblux ma' l-impozizzjoni ta' mizata biex taghmel tajjeb ghat-tindif, izda minflok huma pproponew zieda fil-prezz tal-licenzja u li jipprovdu bins u skips biex jitpoggew fil-postijiet fejn isir dan in-negozju.
Ghar-rigward tan-nuqqas ta' spazju, l-Assocjazzjoni sostnit li ghandhom jigu eliminati dawk li jarmaw minghajr permess u li ghandu jkun hemm minn 3 sa 4 qisien differenti, bl-akbar qies ikun ta' mhux izjed minn 24 pied. Il-licenzja tithallas skond il-qies.
Dr.George Vella, Deputat Prim Ministru, filwaqt li fahhar l-idea ghat-twaqqif ta' Assocjazzjoni u sejhilha bhala wahda pozittiva, stqarr li huwa konxju mill-iskart li jithalla kull meta jaghlqu s-swieq. Huwa sostna wkoll li ma jaqbilx ma' min jarma bla permess filwaqt li qal li l-Gvern jaqbel u lest jinkoraggixxi kull tip ta' kummerc, kemm jekk hu wiehed zghir kif ukoll kbir, izda fl-istess hin appella ghad-dixxiplina u ghas-sens civiku ta' kulhadd. Huwa ssugerixxa lill-Assocjazzjoni biex tiltaqa' mal-Ministri koncernati u wieghed il-koperazzjoni u l-ghajnuna kollha tieghu.
Other Press Releases:
PR261895
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦAT-TURIŻMU Fairyland lura fil-Belt Valletta b’ak...
PR261894en