Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u l-Ambjent dwar stqarrija ta' l-UPAP
Il-Ministeru ta' l-Affarijiet Barranin u ta' l-Ambjent jirreferi ghall-istqarrija ta' l-Unjoni Professjonisti ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar (UPAP) li tghid li "l-Ministru George Vella qal li min ma joghgbuhx il-kundizzjonijiet jista' jaqbad u jitlaq".
L-UPAP qed taqra l-kummenti tal-Vici Prim Ministru barra mill-kuntest taghhom. Biex wiehed jifhem il-kuntest shih li fihom saru l-kummenti tal-Vici Prim Ministru, ghandu jinghad li Dr Vella kien qed iwiegeb ghall-allegazzjonijiet ta' l-ex Ministru Censu Galea li ghamel dikjarazzjoni li jaf li l-periti tal-Planning Authority qed jahdmu privatament ukoll.
Li qal il-Vici Prim Ministru huwa li "dak li jithallas minn flus il-poplu ma ghandux jaqla' flus minn x'imkien iehor ukoll sakemm ma niddeciedux li naghtuhom il-prattika privata, ghax imbaghad hemmhekk tkun storja ohra". Il-Ministru Vella qal ukoll li "jekk kemm-il darba ahna nkunu nafu b'xi hadd li qed iwettaq xi tip ta' abbuz, specjalment ahna bhala Membri ta' dan il-Parlament - biex ma nghidx ex-Ministru - irridu nkunu responsabbli u nghidu dak li nafu halli lil min ikun qed jabbuza naghtuh lezzjoni. Min ghalih ma jibbastawhx il-flus li jaqla' mill-Awtorita' ta' l-Ippjanar u jrid jaqla' iktar flus jista jaqbad u jaghmel il-wisa' lill-haddiehor. Sal-lum dawk dawk huma r-regolamenti u ghalhekk irridu naraw li dawn jigu osservati".
Meta wiehed jiehu l-kuntest shih jifhem l-Vici Prim Ministru kien qed jirreferi ghal dawk li skond l-ex Ministru Galea, qed jabbuzaw. Tajjeb jinghad li l-ex Ministru Galea baqa' ma tax ismijiet ta' min qed jaghmel dan l-abbuz anki meta l-Vici Prim Ministru talbu jaghmel dan privatament.
Ghalhekk kien ikun aktar xieraq kieku l-UPAP indirizzat l-akkuzi ta' "attitudini negattiva lejn il-professjonisti" u "atteggjament li jolqot hazin lill-haddiema" lejn min ghamel allegazzjonijiet li cappsu anki lil dawk il-hafna li jaghmlu xoghlhom b'serjeta' u dedikazzjoni u baqa' ma ressaqx il-provi tieghu.
Il-haddiema onesti u professjonali jistghu iserrhu rashom li l-Vici Prim Ministru japprezza x-xoghol xejn facli taghhom.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894