Ic-Cina toffri l-ghajnuna f'bini ta' Gonna b'facilitajiet rikreattivi
L-Ambaxxatur tar-Repubblika tal-Poplu tac-Cina, Mr. Yu Wuzhen, qal dal-ghodu li pajjizu lest joffri l-ghajnuna tieghu fi progetti ta' kostruzzjoni u bini ta' gonna b'facilitajiet rikreattivi f'oqsma tal-Gvern. Huwa qal dan waqt laqgha ta' kortesija li kellu mal-Ministru ghad-Djar, is-Sur Alfred Portelli, fil-Ministeru Beltissebh.
Mr. Whuzen qal li huwa konxju tal-problemi ta' housing li ghandha Malta u qal li kien konvint li l-Gvern l-gdid, bil-motto tieghu: ic-Cittadin l-Ewwel, kien se jirnexxielu jeghleb din il-problema. Huwa mbaghad fisser li anke c-Cina b'popolazzjoni ta' aktar minn elf miljun ghandha l-problemi taghha fil-qasam tal-housing. Huwa qal izda li fic-Cina m'hemmx nies jorqdu barra kif hemm f'hafna pajjizi zviluppati.
Il-Ministru fisser il-politika tal-Gvern dwar il-housing u qal li qeghdin jittiehdu diversi inizjattivi biex tittaffa l-problema. Huwa semma wkoll l-politika tal-Gvern dwar is-sehem tal-privat fil-bini ta' housing socjali, it-tiftix ghall-artijiet li qieghed isir mill-Kummissjoni li kien hatar il-Prim Ministru u l-isforzi li qeghdin isiru biex sidien ta' djar battala jigu 'l quddiem biex johorgu l-proprjeta' taghhom fis-suq ghal skopijiet ta' housing.
L-Ambaxxatur imbaghad semma d-diversi oqsma ta' koperazzjoni li hemm ghaddejjin bhalissa bejn iz-zewg pajjizi. Huwa semma l-qasam tat-trobbija tal-hut ghall-esportazzjoni u wkoll is-sehem ta' haddiema Cinizi f'fabbrika li taghmel il-containers f'Malta.
Fi tmiem il-laqgha l-Ambaxxatur ipprezenta lill-Ministru kwadru b'xoghol ta' porcellana u bronz. Huwa stieden lill-Ministru biex izur ic-Cina, din id-darba bhala Ministru, peress li s-Sur Portelli kien diga' zar ic-Cina bhala Parlamentari f'Mejju tas-sena l-ohra.
Ghal din il-laqgha l-Ambaxxatur kien akkumpanjat minn Mr. Lei Ke Zhong, it-Tielet Segretarju fl-Ambaxxata, filwaqt li ghan-naha tal-Ministeru kien hemm prezenti ukoll is-Segretarju Permanenti, is-Sur Alfred Fiorini Lowell, Dr.Stefan Buontempo, Konsulent u s-Sur Michael Micallef, Assistent Personali.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894