Left arrow Mur Lura

Il-Prim Ministru jifrah lill-Vigarju Appostoliku tal-Libja

pr0437
Date Icon 11/03/1997

Il-Prim Ministru Dr. Alfred Sant baghat jifrah lil Patri Silvestru Magro ghall-hatra tieghu mill-Vatikan fil-Libja u stqarr li huwa kburi li kellu jkun Malti li jwettaq dan ir-rwol ta' qofol u ta' fejda. F'ittra li baghat lill-Vigarju Appostoliku gdid il-Prim Ministru semma l-qdusija li ghaliha Patri Magro huwa maghruf. Dr. Sant qal li jinsab cert li l-hatra l-gdida ta' Patri Magro se tiswa biex bil-hila tieghu bhala mexxej tal-bnedmin, barra milli jlahhaq mal-missjoni spiritwali fdata f'idejh, issahhah ukoll ir-rabtiet bejn iz-zewg nahat tal-Mediterran.

Dr. Sant semma wkoll li Patri Magro gej minn familja kbira u x'aktarx ghalhekk li kiseb l-imhabba tan-nies tas-"Sacro Cuor", Tas-Sliema, meta kien Kappillan hemmhekk. Il-Prim Ministru semma wkoll il-fatt storiku li Patri Magro huwa membru ta' l-Ordni mwaqqfa minn San Frangisk li 'fost l-Insara kollha irnexxielu jikseb widen minghand il-Misilmin meta r-religjonijiet kienu ghedewwa kbar."

Il-Prim Ministru talab lill-Vigarju Appostoliku l-gdid biex iwassallu l-isbah tislijiet lin-nies kollha, kemm cittadini Maltin kemm cittadini tal-Gemaherija Gharbija Libjana.

Ixxerja din l-istqarrija Icon socials Icon socials Icon socials Icon socials

Stqarrijiet Oħra:

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the Paris Peace Forum, highlighting the importance of protecting children in the digital world and strengthening democracy and security through international cooperation

PR261894en

PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peace Forum u jenfasizza l-importanza tal-protezzjoni tat-tfal fid-dinja diġitali u tat-tisħiħ tad-demokrazija u s-sigurtà permezz tal-kooperazzjoni internazzjonali

PR261894

STQARRIJA MILL-UFFIĊĊJU TAL-ISPEAKER L-Ispeaker jipparteċipa fil-Paris Peac...

Aktar Stqarrijiet Right arrow