L-Avukat Edgar Mizzi jaghti pariri dwar il-Kaz ta' l-Inginier Farrugia f'San Raffaele u l-Bini ta' Busietta Gardens
L-Avukat Edgar Mizzi kiteb lill-Prim Ministru fis-7 ta' Marzu dwar zewg kazi imqajjma mill-Partit Laburista dwar il-bini ta' Busietta Gardens f'Wied id-Dies u l-konflitt ta' interess ta' l-Inginier Emmanuel Farrugia fil-kuntratt ta' l-Isptar San Raffaele.
Il-Prim Ministru kien kiteb lil Dr. Mizzi fis-17 ta' Jannar ta' din is-sena biex jirreferi ghal diversi kazi ta' allegata korruzzjoni, ta' abbuz ta' poter u ta' decizjonijiet amministrattivi importanti li ma ittihdux skond normi ta' responsabbilta', prudenza u accountability serja li kienu tqajmu mill-Oppozizzjoni Laburista qabel l-elezzjoni ta' Ottubru 1996. L-Avukat Mizzi diga' ta pariri lill-Prim Ministru fl-14 ta' Frar dwar l-istabbiliment McDonalds fis-Suq l-Antik ta' Birkirkara, kuntratt dirett minn Posta Ltd ghal Lm1,900,000 u l-operazzjoni bla permess ta' l-Awtorita' ta' l-Ippjanar mill-Malta Fishfarming Ltd f'Marsaxlokk.
IL-BINI TA' BUSIETTA GARDENS
Dwar il-bini ta' Busietta Gardens f'Wied Id-Dies, l-Avukat Edgar Mizzi ta parir lill-Prim Ministru biex tigi imwaqqfa Kummissjoni (jew Bord) ta' Inkjesta. L-Avukat Mizzi qal li minhabba l-kwestjonijiet delikati, u anke legali, involuti, u wkoll minhabba l-fiducja tal-poplu Malti fl-Imhallfin, il-parir tieghu hu li l-Kummissjoni tkun maghmula minn Imhallef, jew Imhallef irtirat, bhala president u zewg membri ohra, li almenu wiehed minnhom ikun perit li ghandu esperjenza tas-sistema tal-hrug ta' permessi ghall-bini, specjalment mill-1988 'l hawn.
L-Avukat Mizzi qieghed jirrakkomanda li l-Kummissjoni tigbor u tezamina l-fatti kollha rilevanti dwar l-art f'Wied id-Dies fejn inbena l-kumpless maghruf bhala Busietta Gardens. Il-Kummissjoni ghandha tara jekk il-bini setax jitla', jekk il-process kienx konformi mal-ligi u l-policies vigenti, kif ukoll mal-kundizzjonijiet li tahthom hargu l-permessi relattivi; u fil-kaz li ma kinux l-Kummissjoni ghandha tirraporta fejn u kif il-ligi, policies u kundizzjonijiet ma gewx osservati.
L-Avukat Mizzi qal li l-Kummissjoni ghandha tinvestiga l-Updated Building Development Scheme kif approvata mill-Kamra tad-Deputati, il-konformita' tal-progett ma' l-iskema, ic-cirkostanzi ta' l-approvazjoni tal-progett, il-poteri u l-funzjonijiet ta' dak il-Kumitat Maghzul, l-osservanza jew le tal-kundizzjonijiet tal-permessi mahruga u s-sehem ta' l-ex Ministru Nazzjonalista Michael Falzon u l-ufficcju tieghu professjonali u kienx hemm konflitt ta' interessi fil-persuna tal-Perit Falzon u forsi xi haga izjed minn hekk.
L-INGINIER EMMANUEL FARRUGIA U SAN RAFFAELE
L-Avukat Mizzi ikkummenta wkoll dwar l-allegazzjonijiet li kien ghamel il-Partit Laburista li l-Inginier Emmanuel Farrugia li kien Project Director ghall-bini ta' l-Isptar San Raffaele, kellu fl-istess hin interessi kummercjali li kienu in konflitt mad-dover tieghu bhala Project Director. L-Avukat Mizzi jghid li mill-fatti jirrizultaw li :
1. L-Inginier Farrugia, sew bhala Project Director kemm bhala membru u Segretarju tal-Kumitat li kellu jirrakkomanda min kellhom ikunu l-kuntratturi li setghu jikkompetu, kellu fl-istess waqt sehem f'kumpanija li kellha bhala socji persuni, li fi hdan kumpanija ohra, kienu interessati li jkunu kuntratturi fil-progett ta' l-Isptar San Raffaele.
2. L-Inginier Farrugia, bhala membru u segretarju ta' l-istess Kumitat, iddikjara li ma kellu ebda interess, la dirett u lanqas indirett, fil-progett jew f'xi kumpanija, venture, socjeta' jew assocjazzjoni jew organizzazzjoni ohra li uriet interess kummercjali fil-progett.
3. Dr. Louis Galea, ex-Ministru u ex-President tal-Fondazzjoni FMSS naqas milli jinforma lill-Kabinett li l-Inginier Farrugia kellu interess kummercjali fil-progett u kien ghamel dikjarazzjoni mhux veritjera, meta huwa ipprezenta ghall-approvazzjoni tal-Kabientt ir-rapport tal-Kumitat tat-Tender Prequalification Assessment Committee (TPAC).
L-Avukat Edgar Mizzi jghid li d-decizjoni ta' l-ex Ministru Nazzjonalista Louis Galea li jahbi l-verita' mill-Prim Ministru Nazzjonalista u mill-Kabinett kienet 'nuqqas serju lejn shabu'. L-Avukat Mizzi jghid li dwar l-Inginier Farrugia u n-nuqqasijiet ta' l-ex Ministru Nazzjonalista Louis Galea gew ippruvati allegazzjonijiet li kienet taghmel fil-konfront taghhom mill-Oppozizzjoni Laburista u ghaldaqstant 'ma tehtieg ebda investigazzjoni ulterjuri ghaliex mhux probabbli li johorgu fatti ohra..." u jzid jghid li "kull cittadin, f'kull kaz, se jasal ghal gudizzju tieghu personali."
Il-pariri u l-kummenti ta' l-Avukat Edgar Mizzi dwar il-Busietta Gardens u l-kaz ta' l-Inginier Farrugia u l-ex Ministru Nazzjonalista Louis Galea fil-kuntratt ta' San Raffaele jikkonfermaw kemm kellha ragun l-Oppozizzjoni Laburista tishaq li tohrog il-verita' dwar dawn iz-zewg kazijiet. Il-poplu ghandu dritt li jkun jaf il-verita' dwar min abbuza mill-pozizzjoni pubblika tieghu u l-Gvern il-gdid huwa impenjat li din il-verita' issir maghrufa kollha.
Il-Gvern qieghed jippubblika l-pariri ta' l-Avukat Edgar Mizzi fis-7 ta' Marzu lill-Prim Ministru dwar il-kaz ta' l-Inginier Farrugia u l-kaz ta' Busietta Gardens.
Other Press Releases:
PR261894en
PRESS RELEASE BY THE OFFICE OF THE SPEAKER The Speaker participates in the ...
PR261894