Prigunieri nisa se jibdew jinzammu f'Divizjoni 7 tal-Habs CIvili
Prigunieri nisa se jibdew jinzammu f'Divizjoni 7 tal-Habs ta' Kordin meta fi zmien dsatax-il gurnata ohra prigunieri li ghamlu programm ta' rijabilitazzjoni mid-droga f'din id-divizjoni se jigu trasferiti ghal post li gie organizzat apposta ghalihom fl-Imtahleb. Dan qalu l-Prim Ministru Dr. Alfred Sant meta kien qed jitkellem waqt attivita' socjali organizzata ghal qraba ta' prigunieri u ghal ex-prigunieri mill-ghaqda MlD-DLAM GHAD-DAWL f'lukanda f'San Giljan. Divizjoni 7 se tibda tintuza bhala 'wing' ghan-nisa prigunieri u b'hekk tissolva l-problema ta' nuqqas ta' spazju, igjene u problemi ohrajn li qeghdin jiffaccjaw il-prigunieri nisa u li ghalihom kien talab rimedju immedjat anke l-Ombudsman.
Il-Prim Ministru qal li fl-ahhar sitt xhur in-numru ta' prigunieri fil Habs Civili ta' Kordin zdied b'sittin minn 190 f'Settembru telghu ghall-figura prezenti ta' 250. Dan qieghed ikompli jkabbar il problema ta' spazju adegwat fil-bini tal-habs u ghalhekk b'effett immedjat il-gvern se jaddotta diversi mizuri biex itaffi din il problema.
Il-Prim Ministru qal li sa tmiem is-sena irid jitlesta x-xoghol fuq il bini ta' tliet blokki godda, inkluz dak amministrattiv. Dan mhux se jkun kbir kif gie ippjanat halli minflok jinhela l-ispazju f'ufficcini ikun hemm aktar spazju ghall-habsin. Il-Prim Ministru qal li ghalkemm fil-Budget ta' din is-sena gew ivvotati Lm900,000 ghat tkomplija tal-progett ta' manutensjoni tal-Habs, il-proceduri fejn
jidhlu ghoti ta' tenders jistghu jtellfu hafna zmien u x-xoghol jaqa' lura.
Minhabba f'hekk il-gvern qed jara kif jaghmel biex jalloka Lm2,000,000 ghal kuntratt biex dan il-progett kollu jitlesta f'sentejn, liema kuntratt ghalkemm jinghata b'tender jinghata fuq bazi ta' Turnkey Project u mhux joqghod jinghata bicca bicca.
Il-Prim Ministru tkellem dwar l-amministrazzjoni tal-Habs u qal li din hija l-akbar ugigh ta ras ghaliex difficli issib persuna li tmexxi l habs bi stabbilita meta hafna drabi din tkun trid tiffaccja kritika u attakki minn politici, prigunieri u sorsi ohra. Dr. Sant qal li l-gvern ma jridx indhil ta' ministri u politici fit-tmexxija tal-habs u qal li l habs ghandu jitmexxa bi trasparenza . Kien ghalhekk, qal il-Prim Ministru, li l-gvern insista li l-Bord tal-Vizitaturi tal-Habs ikun involut hafna aktar fil-Habs biex hadd ma jabbuza mid-drittijiet tal prigunieri u l-familjari taghhom.
Il-Prim Ministru insista li jehtieg bilanc bejn tliet elementi importanti: il-harsien tal-gustizzja, il-kastig li wiehed jinghata talli jikser il-ligi u l-hniena sabiex dawk li jhallsu ta' ghemilhom jkunu jistghu jintegraw ruhom fis-socjeta'.
Stqarrijiet Oħra:
PR261906
STQARRIJA MILL-MINISTERU GĦALL-POLITIKA SOĊJALI U L-FAMILJA Aktar minn 200...
PR261905